Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Finanzamt A vs B

(Kawża C-388/18)

(2018/C 328/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt A

Konvenut: B

Domanda preliminari

Fil-każijiet ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ marġni ta’ profitt skont l-Artikoli 311 et seq tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), id-dispożizzjoni tal-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 288 ta’ din l-istess direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-kalkolu tad-dħul mill-bejgħ rilevanti għall-kunsinna ta’ oġġetti skont l-Artikolu 314 tad-Direttiva 2006/112/KE, wieħed għandu jibbaża ruħu, konformement mal-Artikolu 315 tal-imsemmija direttiva, fuq id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ mitlub u l-prezz tax-xiri (marġni kummerċjali)?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.