Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fit-23 ta’ Awwissu 2018 – Dong Yang Electronics Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-547/18)

(2019/C 44/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dong Yang Electronics Sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Domandi preliminari

1)

Is-sempliċi fatt li kumpannija stabbilita barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea għandha sussidjarja fil-Polonja jippermetti li tiġi dedotta l-eżistenza ta’ stabbiliment fiss fil-Polonja fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud? (2)

2)

Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, impriża terza hija marbuta li teżamina r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-kumpanija stabbilita barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarja sabiex tiddetermina jekk l-ewwel kumpannija għandhiex stabbiliment fiss fil-Polonja?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2011 L 177, p. 1.