26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2018 – C GmbH & Co. KG vs Finanzamt Z
(Kawża C-573/18)
(2018/C 427/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C GmbH & Co. KG
Konvenut: Finanzamt Z
Domandi preliminari
1) |
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn organizzazzjoni ta’ produtturi skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (Regolament Nru 2200/96) (1) tipprovdi beni lill-produtturi li huma membri tagħha u tirċievi ħlas mill-produtturi li ma jkoprix il-prezz tax-xiri,
|
2) |
Fil-każ li, abbażi tar-risposta għall-ewwel domanda, l-ammont taxxabbli jkun jinkludi biss il-ħlasijiet magħmula mill-produtturi iżda mhux l-obbligu tal-kunsinna u l-għajnuna finanzjarja: fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-ewwel domanda, l-Artikolu 11A(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE jipprekludi miżura nazzjonali speċifika bbażata fuq l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 77/388/KEE, bħall-Artikolu 10(5)(1) tal-Umsatzsteuergesetz, li tgħid li l-ammont taxxabbli tat-tranżazzjoni huwa l-prezz tax-xiri għall-investimenti mħallas lill-fornituri fi stadji preċedenti, minħabba li l-produtturi huma partijiet relatati? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: dan japplika wkoll jekk il-produtturi għandhom dritt għal tnaqqis sħiħ tat-taxxa tal-input peress li l-investimenti huma suġġetti għall-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input (Artikolu 20 tad-Direttiva 77/388/KEE)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.