Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

26.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Mejju 2019 — Cabinet de avocat UR vs Administrația Sector 3 a Finanțelor Publice prin Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București et

(Kawża C-424/19)

(2019/C 288/36)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cabinet de avocat UR

Konvenuti: Administrația Sector 3 a Finanțelor Publice prin Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București, Administrația Sector 3 a Finanțelor Publice, MJ, NK

Domandi preliminari

1)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “persuna taxxabbli” fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jinkludi wkoll il-persuni li jeżerċitaw il-professjoni ta’ avukat?

2)

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jippermetti li jkun hemm derogi, fil-kuntest ta’ proċedura sussegwenti, mill-awtorità ta’ res judicata li minnha tgawdi deċiżjoni ġudizzjarja definittiva li permezz tagħha ġie stabbilit essenzjalment li, konformement mal-applikazzjoni u mal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali dwar il-VAT, avukat ma jikkunsinnax oġġetti, ma jwettaqx attività ekonomika u ma jikkonkludix kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi, iżda kuntratti ta’ assistenza ġuridika?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.