Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Julia (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – LN vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov

(Kawża C-655/19)

(2020/C 19/10)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Julia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LN

Konvenuti: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludi li t-tranżazzjoni li permezz tagħha persuna taxxabbli li, inkwantu kreditriċi, tikseb proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata u, sussegwentement, tbigħ din il-proprjetà bil-għan li tirkupra l-ammont misluf tiġi kkunsidrata bħala attività ekonomika li tikkonsisti fl-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa?

2)

Il-persuna li tkun wettqet l-imsemmija tranżazzjoni legali tista’ titqies bħala persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/112?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60 u fil-ĠU 2018 L 329, p. 53.