2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Settembru 2019 – Finanzamt D vs E
(Kawża C-657/19)
(2019/C 406/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt D
Konvenut: E
Domandi preliminari
1) |
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn persuna taxxabbli tistabbilixxi, fuq talba tal-Medizinischer Dienst der Krankenversicherung (id-Dipartiment Medikali tal-Assigurazzjoni għall-Mard, il-Ġermanja), rapporti ta’ evalwazzjoni dwar id-dipendenza ta’ ċerti pazjenti, l-attività eżerċitata taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
|
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.