8.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Frar 2019 — Kaplan International colleges UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-77/19)
(2019/C 131/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kaplan International colleges UK Ltd
Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domandi preliminari
1. |
X’inhu l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1)? B’mod partikolari (i) din l-eżenzjoni tapplika għal grupp li jaqsam l-ispejjeż (CSG) li jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor għajr dak jew dawk fejn ikunu stabbiliti l-membri taċ-CSG? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, (ii) din l-eżenzjoni hija wkoll applikabbli għal CSG stabbilit barra mill-Unjoni Ewropea? |
2. |
Jekk l-eżenzjoni favur iċ-CSG tapplika bħala prinċipju għal entità stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak jew dawk fejn ikunu stabbiliti l-membri taċ-CSG kif ukoll għal CSG stabbilit barra mill-Unjoni, kif għandu jiġi applikat il-kriterju li jgħid li l-eżenzjoni ma għandhiex tkun tista’ tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni? B’mod partikolari,
|
3. |
L-eżenzjoni favur iċ-CSG tista’ tapplika f’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, li fiha l-membri taċ-CSG ikunu marbuta flimkien b’rabtiet ekonomiċi, finanzjarji u organizzattivi? |
4. |
L-eżenzjoni favur iċ-CSG tista’ tapplika meta l-membri jkunu ħolqu grupp VAT li jikkostitwixxi persuna taxxabbli waħda? Huwa rilevanti l-fatt li KIC, il-membru rappreżentattiv li (fid-dritt nazzjonali) huwa l-benefiċjarju tas-servizzi, ma hijiex membru taċ-CSG? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, din ir-rilevanza hija eskluża mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu li l-membru rappreżentattiv għandu l-karatteristiċi u l-istatus ta’ membri taċ-CSG għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni favur iċ-CSG? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).