Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ April 2019 — X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-331/19)

(2019/C 255/27)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: X

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ prodotti tal-ikel iddestinati għall-konsum mill-bniedem, użat fil-punt 1 tal-Anness III tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għal kull sustanza jew prodott, sew jekk ipproċessat, parzjalment ipproċessat jew mhux ipproċessat, intiż sabiex, jew raġonevolment mistenni li, jittiekel mill-bniedem, konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 (2) tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel?

Jekk din id-domanda tingħata risposta fin-negattiv, kif għandu jiġi interpretat dan il-kunċett?

2)

Jekk prodotti li jistgħu jittieklu jew li jistgħu jinxtorbu ma jistgħux jitqiesu bħala prodotti tal-ikel iddestinati għall-konsum mill-bniedem, abbażi ta’ liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk dawn il-prodotti jistgħux jitqiesu bħala prodotti li normalment huma intiżi sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu prodotti tal-ikel?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).

(2)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-ĠU 2016, L 227, p. 5, u fil-ĠU 2014, L 327, p. 9).