14.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 348/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ġunju 2019 – WEG Tevesstraße vs Finanzamt Villingen-Schwenningen
(Kawża C-449/19)
(2019/C 348/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: WEG Tevesstraße
Konvenut: Finanzamt Villingen-Schwenningen
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha l-kunsinna ta’ sħana minn assoċjazzjonijiet ta’ proprjetarji ta’ kondominji lill-proprjetajri tal-appartamenti hija eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.