28.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-8 ta’ Lulju 2019 – CB vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Galicia
(Kawża C-521/19)
(2019/C 363/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CB
Konvenuta: Tribunal Económico Administrativo Regional de Galicia
Domandi preliminari
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ projbizzjoni tal-frodi fiskali, tal-abbuż mid-dritt u ta’ distorsjoni illegali tal-kompetizzjoni, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ġurisprudenza li tinterpretaha li skonthom, meta l-awtorità fiskali tiskopri tranżazzjonijiet moħbija suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud mhux iffatturati, għandu jitqies li t-taxxa fuq il-valur miżjud hija inkluża fil-prezz maqbul mill-partijiet għall-imsemmija tranżazzjonijiet?
Tali interpretazzjoni tippermetti, f’każijiet ta’ FRODI li fihom it-tranżazzjoni ma tkunx ġiet żvelata lill-awtorità fiskali, li jitqies, kif jista’ jiġi dedott mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Lulju 2016, Astone (C-332/15 (2)), tal-5 ta’ Ottubru 2016, Maya Marinova (C-576/15 (3)), u tas-7 ta’ Marzu 2018, Dobre (C-159/17 (4)), li l-ammonti mħallsa u rċevuti ma jinkludux il-VAT għall-finijiet tal-likwidazzjoni tal-impożizzjoni tas-sanzjoni korrispondenti.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).
(2) Sentenza tat-28 ta’ Lulju 2016, Astone (C-332/15, EU:C:2016:614).
(3) Sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2016, Maya Marinova (C-576/15, EU:C:2016:740).
(4) Sentenza tas-7 ta’ Marzu 2018, Dobre (C-159/17, EU:C:2018:161).