7.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Veszprémi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Lulju 2020 – Amper Metal Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-334/20)
(2020/C 423/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Veszprémi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Amper Metal Kft.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”) għandu, jew jista’, jiġi interpretat fis-sens li, skont l-imsemmija dispożizzjoni – minħabba l-espressjoni “jintużaw” li tinsab fiha –, it-tnaqqis tal-VAT ma jistax jiġi miċħud għal tranżazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-VAT għar-raġuni li, skont l-evalwazzjoni tal-Awtorità tat-Taxxa, is-servizz ipprovdut mill-emittent tal-fattura fil-kuntest ta’ tranżazzjoni mwettqa bejn partijiet indipendenti ma huwiex “ta’ benefiċċju” għall-attivitajiet intaxxati tad-destinatarju tal-fattura, sa fejn:
|
2) |
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT għandu, jew jista’, jiġi interpretat fis-sens li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, it-tnaqqis tal-VAT jista’ jiġi miċħud għal tranżazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-VAT għar-raġuni li, skont l-evalwazzjoni tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa, is-servizz ipprovdut mill-emittent tal-fattura fil-kuntest ta’ tranżazzjoni mwettqa bejn partijiet indipendenti għandu valur sproporzjonat, għaliex is-servizz (servizz pubbliċitarju) huwa għoli u l-prezz tiegħu eċċessiv meta mqabbel ma’ servizz jew servizzi oħrajn meħuda bħala paragun? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.