Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Ottubru 2020 – Philips Orăştie S.R.L. vs Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-487/20)

(2020/C 433/42)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Philips Orăştie S.R.L.

Konvenuta: Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 179 u [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), flimkien mal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ newtralità, jistgħu jiġu interpretati bħala li jipprekludu regoli/prattiki nazzjonali li jeħtieġu tnaqqis fl-ammont tal-VAT li għandu jitħallas lura bl-inklużjoni fil-kalkolu tal-ammont ta’ VAT li għandu jitħallas għal ammonti li jirrappreżentaw obbligi ta’ ħlas supplimentari stabbiliti permezz ta’ deċiżjoni tat-taxxa, annullata b’deċiżjoni tal-qorti mhux definittiva, sakemm dawn l-obbligi supplimentari huma ggarantiti permezz ta’ ittra ta’ garanzija bankarja u r-regoli proċedurali nazzjonali tat-taxxa jirrikonoxxu l-effett sospensiv tal-eżekuzzjoni ta’ din il-garanzija għal taxxi u dazji oħra?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.