Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2020 – Grundstücksgemeinschaft Kollaustraße 136 vs Finanzamt Hamburg-Oberalster

(Kawża C-9/20)

(2020/C 137/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grundstücksgemeinschaft Kollaustraße 136

Konvenut: Finanzamt Hamburg-Oberalster

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 167 tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input jirriżulta diġà fil-ħin li sseħħ it-tranżazzjoni, anki jekk, skont id-dritt nazzjonali, it-taxxa tkun eżiġibbli fil-konfront tal-fornitur ta’ oġġetti jew ta’ servizzi biss meta dan tal-aħħar jirċievi l-korrispettiv finanzjarju u dan ma jkunx għadu tħallas?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 167 tad-Direttiva 2006/112/KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input ma jistax jiġi invokat għall-perijodu ta’ tassazzjoni li fih ikun tħallas il-korrispettiv finanzjarju jekk it-taxxa tkun eżiġibbli fil-konfront tal-fornitur ta’ oġġetti jew ta’ servizzi biss meta dan tal-aħħar jirċievi l-korrispettiv finanzjarju, is-servizz ikun diġà ġie pprovdut matul il-perijodu ta’ tassazzjoni preċedenti u, skont id-dritt nazzjonali, għal raġunijiet ta’ preskrizzjoni, ma jkunx iktar possibbli li jiġi invokat id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input għal dak il-perijodu ta’ tassazzjoni preċedenti?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007 L 335, p. 60.