17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Niedersächsisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ġunju 2020 – I GmbH vs Finanzamt H
(Kawża C-228/20)
(2020/C 271/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Niedersächsisches Finanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: I GmbH
Konvenut: Finanzamt H
Domandi preliminari
1) |
Il-punt 14(b) tal-Artikolu 4 tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxi fuq id-Dħul mill-Bejgħ) (UStG) huwa kompatibbli mal-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”) (1), sa fejn sptarijiet li ma jkunux korpi rregolati mid-dritt pubbliku jikkwalifikaw għal eżenzjoni mit-taxxa bil-kundizzjoni li jkunu approvati fis-sens tal-Artikolu 108 tas-Sozialgesetzbuch (SGB) V (il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, Ktieb V)? |
2) |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: f’liema kundizzjonijiet hija kura mill-isptar ipprovduta minn sptarijiet rregolati mid-dritt privat mogħtija f’“kondizzjonijet soċjali komparabbli”, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT, ma’ kura mill-isptar ipprovduta minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335.