1)
|
L-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-akkwirent tal-liċenzja tan-know-how – kumpannija stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni (fit-tilwima fil-kawża prinċipali, il-Portugall), ma jipprovdix lill-utenti finali s-servizzi disponibbli fuq sit tal-internet, b’tali mod li ma jistax ikun id-destinatarju tas-servizz ta’ appoġġ tekniku tan-know how żgurat minn persuna taxxabbli, stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni (fit-tilwima fil-kawża prinċipali, l-Ungerija), li topera bħala subappaltatur, iżda li din tal-aħħar tipprovdi tali servizzi lill-fornitur tal-liċenzja tan-know-how stabbilit f’dan l-Istat Membru tal-aħħar, f’ċirkustanzi li fihom l-akkwirent tal-liċenzja:
(a)
|
kellu uffiċċji mikrija fl-ewwel Stat Membru, infrastruttura tal-informatika u tal-uffiċċju, persunal tiegħu u esperjenza estensiva fil-qasam tal-kummerċ elettroniku, u kellu proprjetarju b’netwerk ta’ relazzjonijiet internazzjonali wiesa’ u amministratur ikkwalifikat fil-qasam tal-kummerċ elettroniku;
|
(b)
|
kien irċieva n-know-how li jirrifletti l-proċess ta’ funzjonament tas-siti tal-internet u l-aġġornament tagħhom, kien jagħti l-opinjoni tiegħu dwarhom, kien jissuġġerixxi modifiki għall-imsemmija proċessi u kien japprovahom,
|
(c)
|
kien id-destinatarju tas-servizzi li l-persuna taxxabbli kienet tipprovdi abbażi ta’ dan in-know how;
|
(d)
|
kien jirċievi regolarjament rapporti dwar is-servizzi mwettqa mis-subappaltaturi (b’mod partikolari, dwar it-traffiku tas-siti tal-internet u l-pagamenti mwettqa mill-kont bankarju);
|
(e)
|
kien irreġistra f’ismu l-ismijiet ta’ dominji tal-internet li jippermettu l-aċċess għas-siti tal-internet permezz tal-internet;
|
(f)
|
kien jidher fuq is-siti tal-internet bħala l-fornitur ta’ servizzi;
|
(g)
|
kien jiżgura huwa nnifsu l-proċessi intiżi għaż-żamma tal-popolarità tas-siti tal-internet;
|
(h)
|
kien jikkonkludi huwa nnifsu, f’ismu proprju, il-kuntratti ta’ subappalt u ta’ kooperazzjoni neċessarji għall-provvista ta’ servizzi (b’mod partikolari mal-banek li kienu jiżguraw il-ħlas b’kard bankarja fuq is-siti tal-internet, flimkien mal-persuni li jipprovdu l-kontenut aċċessibbli fuq is-siti tal-internet u mal-amministraturi tas-sit li jippromwovu il-kontenut);
|
(i)
|
kellu sistema kompleta ta’ riċezzjoni tad-dħul li ġej mill-provvista tas-servizz inkwistjoni lill-utenti finali, bħal kontijiet bankarji, id-dritt li juża esklużivament u kompletament dawn il-kontijiet bankarji, bażi ta’ data dwar l-utenti finali li tippermetti li jinħarġulhom fatturi għall-provvista ta’ servizzi, kif ukoll is-softwer ta’ fatturazzjoni rispettiv tiegħu;
|
(j)
|
fuq is-siti tal-internet, kien jindika s-sede rispettiva tiegħu fl-ewwel Stat Membru bħala l-post fiżiku tas-servizz lill-klijenti, u
|
(k)
|
huwa kumpannija indipendenti kemm mill-fornitur ta’ liċenzja kif ukoll mis-subappaltaturi Ungeriżi responsabbli mit-twettiq ta’ proċessi tekniċi partikolari deskritti fin-know-how,
u huwa ppreċiżat barra minn hekk li (i) iċ-ċirkustanzi esposti preċedentement kienu kkonfermati wkoll mill-awtorità korrispondenti tal-ewwel Stat Membru, fil-pożizzjoni tagħha ta’ korp li jista’ jiċċertifika l-preżenza ta’ dawn iċ-ċirkustanzi oġġettivi u li jistgħu jiġu vverifikati minn terzi, (ii) kien jikkostitwixxi ostakolu oġġettiv għall-provvista tas-servizz fl-Istat Membru l-ieħor permezz tas-siti tal-internet il-fatt li l-kumpannija ta’ dan l-Istat Membru ma setgħetx taċċedi għal fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jiggarantixxi l-aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet b’kard bankarja fuq is-siti tal-internet, u li, għal din ir-raġuni, il-kumpannija stabbilita f’dan l-istess Stat Membru qatt ma wettqet il-provvista tas-servizz disponibbli fuq is-sit tal-internet, la qabel u lanqas wara l-perijodu meqjus, u (iii) il-kumpannija akkwirenti tal-liċenzja u l-impriżi relatati tagħha kisbu profitt mill-użu tas-sit tal-internet globalment ogħla mid-differenza li tirriżulta mir-rata ta’ VAT applikabbli fl-ewwel u fit-tieni Stat Membru?
|
|