Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 242/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fid-9 ta’ April 2021 – UAB “HA.EN” vs Valstybinė mokesčių inspekcija

(Kawża C-227/21)

(2021/C 242/16)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “HA.EN”

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija (ma) tipprekludi(x) prattika tal-awtoritajiet nazzjonali li tikkonsisti f’li persuna taxxabbli tiġi rrifjutata d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input fil-każ li, fl-akkwist ta’ proprjetajiet immobbli, din il-persuna taxxabbli kienet taf (kellha tkun taf) li l-fornitur, minħabba l-insolvenza tiegħu, ma kienx ser iħallas (ma setax iħallas) il-VAT lit-teżor?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.