Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fis-27 ta’ Mejju 2021 – The Escape Center BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-330/21)

(2021/C 338/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Escape Center BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi huwa suġġett għar-rata mnaqqsa ta’ VAT unikament jekk ma tiġi pprovduta ebda gwida individwali jew gwida ta’ grupp?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.