6.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (L-Ungerija) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-397/21)
(2021/C 357/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif ukoll, b’ratba magħhom, il-prinċipji fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ effettività u ta’ newtralità fiskali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali u prattika nazzjonali, ibbażata fuq din il-leġiżlazzjoni, skont liema, meta persuna taxxabbli għall-VAT ħarġet, bi żball, fattura bil-VAT fir-rigward ta’ tranżazzjoni eżentata mill-VAT, li d-destinatarju tal-fattura ħallas il-VAT lill-emittent tal-fattura, u li rriżulta li dan tal-aħħar ħallas fil-baġit il-VAT relatata mat-tranżazzjoni inkwistjoni, l-awtorità fiskali nazzjonali ma tirrimborsax il-VAT, la lill-emittent tal-fattura u lanqas lid-destinatarju tagħha? |
2) |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, f’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll, b’rabta magħhom, il-prinċipji fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ effettività, ta’ newtralità fiskali u ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ deskritt fid-domanda preċedenti, ma tippermettix lid-destinatarju tal-fattura li jintroduċi direttament it-talba tiegħu għal rimbors tal-VAT mal-awtorità fiskali nazzjonali, jew tippermettilu jagħmel dan biss jekk l-irkupru tas-somma ekwivalenti għall-ammont tal-VAT inkwistjoni huwa barra minn hekk impossibbli jew eċċessivament diffiċli fil-kuntest ta’ proċedura ta’ dritt ċivili, b’mod partikolari fil-każ fejn l-emittent tal-fattura sadanittant huwa s-suġġett ta’ likwidazzjoni? |
3) |
Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domanda preċedenti fl-affermattiv, l-awtorità fiskali tal-Istat Membru għandha f’dan il-każ l-obbligu li tħallas interessi minbarra l-VAT li għandha tiġi rrimborsata, u, jekk iva, għal liema perijodu, u r-regoli ġenerali fil-qasam tar-rimbors tal-VAT huma f’dan ir-rigward applikabbli? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.