Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kuria (l-Ungerija) fit-22 ta’ Lulju 2021 – CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-458/21)

(2021/C 471/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva [tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm lok li jiġi eżentat mill-VAT servizz użat minn [kumpannija tal-assigurazzjoni] intiż li:

jivverifika l-eżattezza tad-dijanjosi ta’ marda serja ddijanjostikata fil-persuna fiżika assigurata, u

jinstabu l-aħjar servizzi ta’ kura tas-saħħa possibbli għall-fejqan tal-persuna fiżika assigurata, u

fejn dan ikun kopert mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni u l-persuna assigurata titlob dan, li jagħmel arranġamenti għall-provvista tal-kura medika barra mill-pajjiż?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.