Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ottubru 2021 – Climate Corporation Emissions Trading GmbH vs Finanzamt Österreich

(Kawża C-641/21)

(2022/C 51/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Climate Corporation Emissions Trading GmbH

Konvenut: Finanzamt Österreich

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom iqisu bħala li qiegħed fit-territorju nazzjonali l-post ta’ provvista ta’ servizzi li, formalment, skont id-dritt bil-miktub, jinsab fl-Istat Membru l-ieħor fejn huwa stabbilit ir-riċevitur tal-provvista, meta l-persuna taxxabbli nazzjonali li tipprovdi s-servizzi kellha tkun taf li, bil-provvista ta’ servizzi mwettqa, hija kienet qed tipparteċipa f’evażjoni tal-VAT imwettqa fil-kuntest ta’ katina ta’ provvisti?


(1)  Direttiva 2006/112/KE (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60); Direttiva 2008/8/KE (ĠU 2008, L 44, p. 11).