Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwajna) fis-7 ta’ Mejju 2021 – “Vittamed technologijos” UAB, fi stralċ vs Valstybinė mokesčių inspekcija

(Kawża C-293/21)

(2021/C 289/40)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Vittamed technologijos” UAB, fi stralċ

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija

Domandi preliminari

L-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, persuna taxxabbli hija (jew ma hijiex) marbuta li taġġusta t-tnaqqis ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi bil-għan tal-produzzjoni ta’ beni kapitali fil-każ fejn dawn il-beni ma jkunux iktar intiżi biex jintużaw matul attivitajiet ekonomiċi taxxabbli għaliex is-sid (azzjonist) tal-persuna taxxabbli jiddeċiedi li jpoġġiha fi stralċ u din il-persuna taxxabbli tippreżenta talba biex titneħħa mir-reġistru tal-persuni suġġetti għall-VAT? Ir-risposta għal din id-domanda tiġi affettwata mir-raġunijiet wara d-deċiżjoni ta’ tpoġġija fi stralċ tal-persuna taxxabbli, jiġifieri l-fatt li d-deċiżjoni li l-persuna titpoġġa fi stralċ ittieħdet minħabba żieda fit-telf, l-assenza ta’ ordnijiet u d-dubji tal-azzjonist fir-rigward tal-profittabbiltà tal-attività ekonomika ppjanata (intiża)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU L 335, 20.12.2007, p. 60.