Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-26 ta’ Lulju 2021 – The Navigator Company S.A., Navigator Pulp Figueira S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-459/21)

(2022/C 11/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Navigator Company S.A., Navigator Pulp Figueira S.A.

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-VAT bħal dik prevista fl-Artikolu 21(1) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud) (CIVA), miżmuma bis-saħħa tal-klawżola ta’ standstill, li tipprevedi l-esklużjoni totali jew sa 50 % tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT sostnuta fuq spejjeż marbuta ma’ vetturi, spejjeż ta’ ċaqliq u ta’ soġġorn u spejjeż ta’ rappreżentanza, li fir-rigward tagħhom, fil-kuntest tat-taxxa fuq id-dħul [tal-persuni ġuridiċi], huwa ammess teħid inkunsiderazzjoni integrali bħala nfiq (bla ħsara għal kontroll a posteriori u suġġett għal ċerti kundizzjonijiet), jew, permezz tal-applikazzjoni ta’ tassazzjoni awtonoma, tnaqqis reali bħala nfiq b’perċentwali ogħla minn 50 %?