Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-17 ta’ Awwissu 2021 – Aquila Part Prod Com S.A. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-512/21)

(2021/C 471/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aquila Part Prod Com S.A.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Prattika tal-amministrazzjoni fiskali, skont liema dak li taf persuna fiżika li hija f’relazzjoni ġuridika ma’ persuna ġuridika mandatarja li għandha personalità ġuridika awtonoma, distinta minn dik tal-persuna taxxabbli, li hija l-mandant, hija assimilata, awtomatikament u mingħajr ebda verifika, għal dak li taf il-persuna taxxabbli – meta ma hemm ebda relazzjoni ġuridika bejn din il-persuna fiżika u l-persuna taxxabbli –, mingħajr ma tieħu bl-ebda mod inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-kuntratt konkluż bejn il-mandant u l-mandatarju jew dispożizzjonijiet tad-dritt barrani li jirregola r-relazzjoni ġuridika tal-mandat, hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Artikolu 9(1) u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif ukoll mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali?

2)

L-Artikoli 167(a), 168(a) u 178(a) tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-amministrazzjoni fiskali tikkonstata l-eżistenza ta’ katina ta’ fatturazzjoni ċirkulari, dan il-fatt huwa minnu nnifsu ċirkustanza oġġettiva suffiċjenti sabiex tiġi pprovata l-evażjoni tat-taxxa, jew inkella, f’tali każ l-amministrazzjoni fiskali għandha wkoll tindika liema membru jew membri tal-katina wettqu l-evażjoni fiskali u, dan, b’liema mod?

3)

L-artikoli ċċitati tad-Direttiva tal-VAT, moqrija flimkien mar-rekwiżiti tal-proporzjonalità u tan-natura raġonevoli, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-amministrazzjoni fiskali tikkonstata, abbażi taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, li l-persuna taxxabbli kellha tkun iktar diliġenti, wieħed ma jistax jistenna li din il-persuna taxxabbli tkun ivverifikat ċirkustanzi li l-amministrazzjoni fiskali setgħet tiskopri biss wara kontroll li dam ħames snin u li involva diversi investigazzjonijiet relatati bl-użu ta’ strumenti tad-dritt pubbliku, b’tali mod li l-verifiki li għamlet ma kinux limitati mill-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tal-persuni taxxabbli? Huwa biżżejjed, sabiex tiġi pprovata diliġenza dovuta, meta tkun meħtieġa diliġenza ikbar, li l-verifiki tal-persuna taxxabbli jkunu wkoll usa’, f’dak li jikkonċerna s-soċji kummerċjali possibbli, għal elementi li jmorru lil hinn mill-elementi msemmija fis-sentenza Mahagében u Dávid u, b’hekk, li l-persuna taxxabbli tuża regoli interni fl-oqsma ta’ xiri sabiex tiżgura verifika tas-sitwazzjoni tas-soċji, li ma taċċettax il-ħlas fi flus kontanti, li tistabbilixxi klawżoli dwar ir-riskji possibbli fil-kuntratti konklużi u li tivverifika wkoll ċirkustanzi oħra fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet?

4)

L-Artikoli ċċitati iktar ’il fuq tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk l-amministrazzjoni fiskali tikkonstata l-parteċipazzjoni attiva tal-persuna taxxabbli għall-evażjoni fiskali, huwa biżżejjed, f’dan il-każ, li l-provi li hija tkun ġabret għandhom tendenza li jipprovaw li l-persuna taxxabbli setgħet tkun taf, billi tapplika d-diliġenza kollha meħtieġa, li kienet qegħda tipparteċipa għall-evażjoni fiskali u mhux li kienet taf li kienet qegħda tipparteċipa għall-evażjoni fiskali, għaliex ipparteċipat f’din l-evażjoni bl-aġir attiv tagħha? Fir-rigward tal-prova li l-persuna taxxabbli pparteċipat attivament għall-evażjoni fiskali jew li kienet taf biha, l-amministrazzjoni fiskali għandha turi aġir ta’ evażjoni tal-persuna taxxabbli, ikkonkretizzata taħt il-forma ta’ aġir miftiehem ma’ membri li jippreċeduha fil-katina, jew huwa biżżejjed li jintwera, permezz ta’ provi oġġettivi, li l-membri tal-katina jafu lil xulxin?

5)

Prattika amministrattiva fiskali, li fil-kuntest tagħha l-amministrazzjoni fiskali tibbaża d-deċiżjoni fuq allegat ksur tad-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-katina tal-ikel, li ma għandhomx effetti fuq id-dixxiplina fiskali jew il-movimenti tal-kontijiet tal-persuni taxxabbli, li ma huma taħt l-ebda forma inklużi fil-leġiżlazzjoni fiskali li hija suġġetta għaliha l-persuna taxxabbli u li huma mingħajr effett fuq ir-realtà tat-tranżazzjonijiet eżaminati mill-amministrazzjoni fiskali u fuq il-kontenut ta’ dak li taf il-persuna taxxabbli, eżaminat fil-kuntest tal-proċedura fiskali, hija kompatibbli mal-artikoli ċċitati iktar ’il fuq tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll mad-dritt għal smigħ xieraq, rikonoxxut bħala prinċipju ġenerali tad-dritt abbażi tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u mal-prinċipju ta’ ċertezza legali?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti:

6)

Prattika tal-amministrazzjoni fiskali, li fil-kuntest tagħha l-awtorità fiskali, fid-deċiżjoni tagħha, mingħajr ma tinvolvi l-korp amministrattiv kompetenti fil-qasam ta’ sigurtà tal-katina tal-ikel, tagħmel konstatazzjonijiet f’relazzjoni mal-persuna taxxabbli li taqa’ taħt il-kompetenza tal-korp amministrattiv kompetenti fil-qasam ta’ sigurtà tal-katina tal-ikel kkonċernata, b’mod li, abbażi tal-ksur ikkonstatat fil-qasam tas-sigurtà tal-katina tal-ikel li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tagħha, hija tislet konsegwenzi ġuridiċi ta’ dritt fiskali għall-persuna taxxabbli, mingħajr ma din tal-aħħar tkun tista’, indipendentement mill-proċedura mmexxijja mill-amministrazzjoni fiskali, tikkontesta l-konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli ta’ sigurtà tal-katina tal-ikel fi proċedura mmexxija fl-osservanza tal-garanziji fundamentali tal-persuna taxxabbli u li tiggarantixxi d-drittijiet tal-partijiet, hija kompatibbli mal-artikoli ċċitati iktar ’il fuq tad-Direttiva tal-VAT kif ukoll mad-dritt għal smigħ xieraq, rikonoxxut bħala prinċipju ġenerali abbażi tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u mal-prinċipju ta’ ċertezza legali?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.