Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Settembru 2021 – Gmina O. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-612/21)

(2022/C 95/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gmina O.

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(1), 9(1) u 13(1) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li komun (awtorità pubblika) jaġixxi bħala persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT meta jwettaq proġett li l-għan tiegħu jkun li jżid il-proporzjon ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt irregolat mid-dritt ċivili ma’ sidien ta’ proprjetajiet immobbli, li bih il-komun jimpenja ruħu li jinstalla sistemi ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli fil-proprjetà tagħhom u – wara li jgħaddi ċertu perijodu ta’ żmien – jittrasferixxi l-proprjetà ta’ dawn is-sistemi lis-sidien inkwistjoni?

2.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, il-kofinanzjament Ewropew li jirċievi l-komun (awtorità pubblika) għall-implimentazzjoni tal-proġetti li jinvolvu sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandu jiġi inkluż fl-ammont taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.