Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

17.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Ottubru 2021 – “Montrade – Ruse” OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-620/21)

(2022/C 24/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Montrade – Ruse” OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija kummerċjali rreġistrata bħala fornitur ta’ servizzi soċjali fi Stat Membru (f’dan il-każ, fil-Bulgarija) tista’ tinvoka din id-dispożizzjoni sabiex tikseb eżenzjoni fir-rigward tal-provvisti ta’ servizzi soċjali tagħha favur persuni fiżiċi li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra mwettqa fit-territorju ta’ dawn l-Istati? Għall-finijiet tar-risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti l-fatt li d-destinatarji tas-servizzi jiġu introdotti lill-fornitur minn kumpanniji kummerċjali intermedjarji rreġistrati fl-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jiġu pprovduti s-servizzi?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fil-kuntest tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, liema huma l-kriterji applikabbli sabiex jiġi evalwat jekk il-kumpannija li tkun is-suġġett ta’ awditu tat-taxxa hijiex “organu rrikonoxxut bħala li għandu natura soċjali” u sabiex jiġi stabbilit li l-provvisti ta’ servizzi hija “marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali” u din l-evalwazzjoni għandha titwettaq konformement mad-dritt Bulgaru u/jew mad-dritt Awstrijak u mad-dritt Ġermaniż?

3)

Skont din l-interpretazzjoni, il-fatt li kumpannija kummerċjali hija rreġistrata bħal fornitur ta’ servizzi soċjali, kif iddefiniti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa biżżejjed sabiex jitqies li din hija “organu rrikonoxxut bħala li għandu natura soċjali” mill-Istat Membru kkonċernat?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.