Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-5 ta’ Novembru 2021 – NEC PLUS ULTRA COSMETICS AG vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-664/21)

(2022/C 64/23)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NEC PLUS ULTRA COSMETICS AG

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod partikolari l-Artikolu 131 u l-Artikolu 138(1), kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni jew il-ġbir ta’ provi ġodda, li jistabbilixxu li r-rekwiżiti sostantivi previsti fl-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT huma ssodisfatti, diġà matul il-proċedura amministrattiva tal-ewwel livell, jiġifieri fl-osservazzjonijiet dwar il-proċess verbali tal-kontroll fiskali li jinħareġ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, bir-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.