Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vredegerecht te Antwerpen (il-Belġju) fil-11 ta’ Novembru 2021 – Fluvius Antwerpen vs MX

(Kawża C-677/21)

(2022/C 84/31)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Vredegerecht te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fluvius Antwerpen

Konvenut: MX

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 2(1)(a) u tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-teħid illegali ta’ enerġija huwa kunsinna ta’ merkanzija, jiġifieri t trasferiment tad-dritt ta’ proprjetarju li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli?

Fin-negattiv, l-Artikolu 14(2)(a) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li t-teħid illegali ta’ enerġija huwa kunsinna ta’ merkanzija, jiġifieri t-trasferiment, b’ordni ta’ jew f’isem awtorità pubblika jew skont il-liġi, tad-dritt ta’ proprjetà bi ħlas ta’ kumpens?

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li Fluvius Antwerpen għandha d-dritt għal kumpens għall-enerġija illegalment meħuda, għandha titqies bħala persuna taxxabbli minħabba li t-teħid illegali huwa l-konsegwenza ta’ “attività ekonomika” ta’ Fluvius Antwerpen, jiġifieri l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa?

Jekk l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li t-teħid illegali ta’ enerġija jikkostitwixxi attività ekonomika, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li Fluvius Antwerpen hija awtorità pubblika u, fl-affermattiv, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-teħid illegali ta’ enerġija huwa r-riżultat ta’ attività ta’ Fluvius Antwerpen li ma hijiex insinjifikattiva?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.