Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-1 ta’ Diċembru 2021 – W. Sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-729/21)

(2022/C 128/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: W. Sp. z o. o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Łodzi

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali – bħall-punt 1 tal-Artikolu 6 tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar il-VAT) (Dz. U. 2021, pożizzjoni 685; iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-VAT”) – li teskludi mit-tassazzjoni provvisti tal-partijiet organizzati ta’ impriża mingħajr ma l-applikazzjoni ta’ din l-esklużjoni tkun dipendenti fuq il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), jiġifieri s-suċċessjoni legali bejn il-bejjiegħ u x-xerrej?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni msemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 6 tal-Liġi dwar il-VAT, il-komponenti kollha ta’ tali partijiet organizzati tal-proprjetà tal-bejjiegħ għandhom jiġu ttrasferiti; u bidla f’dan ir-rigward (b’mod partikolari assenza ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni u ta’ ġestjoni tal-proprjetà ttrasferita) tfisser li ġiet intaxxata provvista ta’ oġġetti?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u r-Rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.