Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-18 ta’ Frar 2022 – Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie vs W. Sp. z o.o.

(Kawża C-114/22)

(2022/C 284/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

Konvenut: W. Sp. z o.o.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 167, 168(a), 178(a) u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 88(3a)(4)(c) tal-Ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq l-Oġġetti u s-Servizzi, Dziennik Ustaw (Ġurnal tal-Liġijiet) tal-2011, Nru 177, pożizzjoni 1054, kif emendata), li ċċaħħad lil persuna taxxabbli mid-dritt li tnaqqas il-VAT fuq l-akkwist ta’ dritt (ta’ oġġett) meqjus li sar taħt pretenzjonijiet foloz fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-dritt ċivili nazzjonali, irrispettivament minn jekk ir-riżultat imfittex kienx vantaġġ fiskali, li l-għoti tiegħu jkun imur kontra għan wieħed jew iktar tad-Direttiva u irrispettivament minn jekk kienx l-għan prinċipali tal-approċċ kuntrattwali adottat?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.