Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 276/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Liège (il-Belġju) fl-1 ta’ April 2022 – Cabot Plastics Belgium SA vs État belge

(Kawża C-232/22)

(2022/C 276/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cabot Plastics Belgium SA

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

1)

Fil-każ ta’ provvisti ta’ servizzi mwettqa minn persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru favur persuna taxxabbli oħra li taġixxi bħala tali, fejn is-sede tal-attività ekonomika hija stabbilita barra mill-Unjoni Ewropea, peress li dawn huma entitajiet distinti u ġuridikament indipendenti iżda jagħmlu parti mill-istess grupp, fejn il-fornitur jimpenja ruħu b’mod kuntrattwali li juża t-tagħmir tiegħu u l-persunal tiegħu esklużivament għat-twettiq tal-prodotti favur id-destinatarju u li dawn il-prodotti huma konsegwentement mibjugħa lill-imsemmi destinatarju, li jagħti lok għal kunsinni ta’ oġġetti taxxabbli, li għall-eżekuzzjoni tagħhom il-fornitur tas-servizz jagħti assistenza loġistika u li jinsabu fl-Istat Membru inkwistjoni; l-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna taxxabbli stabbilita barra mill-Unjoni Ewropea għandha titqies li għandha stabbiliment stabbli f’dan l-Istat Membru?

2)

L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli jista’ jkollha stabbiliment stabbli meta r-riżorsi umani u tekniċi meħtieġa huma dawk tal-fornitur tagħha, ġuridikament indipendenti iżda li jagħmel parti mill-istess grupp, li jimpenja ruħu b’mod kuntrattwali, b’mod esklużiv, biex jimplimentahom għall-benefiċċju tal-imsemmija persuna taxxabbli?

3)

L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli għandha stabbiliment stabbli fl-Istat Membru tal-fornitur ta’ servizzi tagħha minħabba li dan tal-aħħar iwettaq għall-benefiċċju tiegħu, b’eżekuzzjoni ta’ impenn kuntrattwali esklużiv, sensiela ta’ provvisti anċillari jew addizzjonali meta mqabbla ma’ xogħol b’kuntratt fis-sens strett, b’hekk jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ bejgħ konkluż minn din il-persuna taxxabbli mis-sede tagħha barra mill-Unjoni Ewropea iżda li tagħti lok għal kunsinni ta’ oġġetti taxxabbli li jinsabu, skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT, fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2011, L 77, p. 1.