Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fis-7 ta’ Ġunju 2022 – IT vs État belge

(Kawża C-365/22)

(2022/C 380/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IT

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

Il-punt 1 tal-Artikolu 311(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li vetturi li ma għandhomx jintużaw, akkwistati minn impriża ta’ bejgħ ta’ vetturi użati u relitti, minn persuni msemmija fl-Artikolu 314 tad-direttiva, intiżi biex jinbiegħu “għall-partijiet li jinqalgħu” mingħajr ma l-partijiet jkunu nqalgħu minnhom, jikkostitwixxu oġġetti użati fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?


(1)  ĠU L 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 347, p. 60.