Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Törvényszék (l-Ungerija) fit-28 ta’ Ġunju 2022 – SOLE-MiZo Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-426/22)

(2022/C 340/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SOLE-MiZo Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

F’ċirkustanzi fejn, taħt id-dritt tal-Istat Membru, l-interessi fuq l-ammont tal-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“VAT”) li jista’ jitnaqqas (iktar ’il quddiem l-“interessi fuq il-VAT”) li ma setgħux jiġu rkuprati bħala riżultat tar-“rekwiżit tal-akkwisti mħallsa” huma kkalkolati permezz tal-applikazzjoni ta’ rata tal-interessi li tkopri mingħajr ebda dubju l-interessi tal-kreditu fis-suq monetarju għal żmien qasir u hija stabbilita bir-rata bażi tal-bank ċentrali biż-żieda ta’ żewġ punti perċentwali, fir-rigward tal-perijodu tad-dikjarazzjoni tal-VAT b’tali mod li dawn l-interessi huma akkumulati mill-jum wara l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT li fiha l-persuna taxxabbli tkun indikat eċċess tal-VAT li għandha tiġi ttrasferita għall-perijodu tad-dikjarazzjoni sussegwenti bħala riżultat tar-rekwiżit tal-“akkwisti mħallsa” sal-aħħar jum għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT sussegwenti, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”), il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, ta’ effett dirett u ta’ proporzjonalità, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2020, Sole-Mizo u Dalmandi Mezőgazdasági (Kawżi magħquda C-13/18C-126/18, EU:C:2020:292) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Sole-Mizo u Dalmandi Mezőgazdasági”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prattika ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, li ma tippermettix, minbarra l-interessi fuq il-VAT, li jitħallsu interessi intiżi sabiex jikkumpensaw lill-persuna taxxabbli għall-iżvalutazzjoni tal-munita fir-rigward tal-ammont inkwistjoni kkawżat mill-mogħdija taż-żmien wara l-perijodu ta’ dikjarazzjoni msemmi qabel sal-ħlas effettiv tal-interessi?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preliminari preċedenti, id-dritt tal-Unjoni msemmi f’dik id-domanda u s-sentenza Sole-Mizo u Dalmandi Mezőgazdasági għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa kompatibbli magħhom li qorti nazzjonali tistabbilixxi r-rata tal-interessi applikabbli għall-iżvalutazzjoni tal-munita billi tagħmilha tikkoinċidi mar-rata tal-inflazzjoni?

3)

Id-dritt tal-Unjoni msemmi fl-ewwel domanda preliminari u s-sentenza Sole-Mizo u Dalmandi Mezőgazdasági għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-prattika ta’ Stat Membru li, meta jikkalkola l-ammont ta’ żvalutazzjoni tal-munita, jieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-fatt li, sa fejn ir-rekwiżit tal-“akkwisti mħallsa” kien issodisfat, jiġifieri, sal-ħlas tal-korrispettiv għall-oġġett jew servizz, il-persuna taxxabbli inkwistjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha l-korrispettiv tal-akkwisti minbarra t-taxxa korrispondenti, u li jevalwa ukoll, minbarra r-rata tal-inflazzjoni rreġistrata fil-perijodu ta’ żvalutazzjoni tal-munita, it-tul ta’ żmien li matulu l-persuna taxxabbli kienet imċaħħda mill-VAT (ma setgħatx titlob il-ħlas lura tagħha)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.