Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2022 – Michael Schütte vs Finanzamt Brilon

(Kawża C-453/22)

(2022/C 368/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Schütte

Konvenut: Finanzamt Brilon

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod partikolari l-prinċipju ta’ newtralità fiskali kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività, jeżiġu, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, li r-rikorrent ikollu direttament kontra l-amministrazzjoni fiskali dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, inklużi l-interessi relatati, li jkun ħallas żejjed lill-fornituri tiegħu f’ras il-għajn, minkejja li jkun possibbli li, sussegwentement, il-fornituri f’ras il-għajn jippreżentaw ilment quddiem l-amministrazzjoni fiskali minħabba rettifika tal-fatturi u b’hekk din – eventwalment – ma tkunx għadha tista’ ddur kontra r-rikorrent, b’tali mod li jkun hemm ir-riskju li l-amministrazzjoni fiskali jkollha tirrimborsa l-istess taxxa fuq il-valur miżjud darbtejn?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.