14.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-4 ta’ Awwissu 2022 – MAX7 Design Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-519/22)
(2022/C 432/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MAX7 Design Kft.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, hija konformi mal-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi li n-numru ta’ identifikazzjoni fiskali ta’ kumpannija, jew in-numru ta’ identifikazzjoni tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi rrevokat bħala konsegwenza talli ma ġietx iddepożitata l-garanzija għall-ħlas tat-taxxi imposta fuq din il-kumpannija anki fil-każ meta s-soċji ma jafux direttament li ġiet imposta fuq il-kumpannija tali garanzija u lanqas bil-fatt li hija l-appartenenza, attwali jew passata, ta’ amministratur tal-kumpannija lil persuna ġuridika oħra b’dejn fiskali li għadu ma tħallasx jew tal-kundizzjoni tiegħu, attwali jew passata, ta’ direttur tal-imsemmija persuna ġuridika li kienet il-bażi tal-impożizzjoni fuq il-kumpannija tal-garanzija għall-ħlas tat-taxxi? |
2) |
Fid-dawl tal-prinċipju ta’ neċessità tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, hija konformi mal-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta u mad-dritt għal rimedju effettiv tal-Artikolu 47 tal-Karta, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi li n-numru ta’ identifikazzjoni fiskali ta’ kumpannija, jew in-numru ta’ identifikazzjoni tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi rrevokat bħala konsegwenza talli ma ġietx iddepożitata l-garanzija għall-ħlas tat-taxxi imposta fuq din il-kumpannija anki fil-każ meta t-terminu minimu meħtieġ mid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru dwar il-konvokazzjoni fil-forma dovuta tal-korp deċiżjonali tal-kumpannija ma jipperemettix li l-imsemmi korp jiddestitwixxi, qabel ma ssir finali d-deċiżjoni tal-awtorità fiskali li permezz tagħha ġiet imposta l-imsemmija garanzija u, għaldaqstant, li jiġi eliminat tali impediment fi żmien it-terminu li jwassal sabiex jiġi estint l-obbligu li tiġi kkostitwita l-garanzija, li jippermetti li tiġi evitata r-revoka tan-numru ta’ identifikazzjoni fiskali? |
3) |
Huwa konformi mal-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta, bil-limitazzjoni tagħha neċessarja skont l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT u proporzjonata skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-Artikolu 47 ta’ din, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi f’termini imperattivi, mingħajr ma tħalli marġni ta’ diskrezzjoni għall-korpi responsabbli għall-applikazzjoni tad-dritt, li
|
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.