Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 451/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finaţelor Publice Cluj vs SC Westside Unicat

(Kawża C-532/22)

(2022/C 451/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finaţelor Publice Cluj

Konvenut: SC Westside Unicat

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal servizzi tat-tip inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri servizzi pprovduti mill-istudios tal-video chat lill-operatur tas-sit internet, li jikkonsistu f’sessjonijiet interattivi ta’ natura erotika, iffilmjat u mxandar b’mod dirett permezz tal-internet (streaming dirett ta’ kontenut diġitali)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, sabiex tiġi interpretata l-frażi li tinsab fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 2006/112, jiġifieri “il-post fejn dawk l-avvenimenti tabilħaqq iseħħu”, huwa rilevanti l-post fejn il-mudelli jidhru quddiem il-webcam, il-post fejn huwa stabbilit l-organizzatur tas-sessjoni, il-post fejn il-klijenti jaraw l-immaġini jew għandu jiġi kkunsidrat post ieħor differenti minn dawk diġà indikati?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.