Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Frar 2023 – Skatteverket vs Digital Charging Solutions GmbH

(Kawża C-60/23, Digital Charging Solutions)

(2023/C 127/29)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteverket

Konvenut: Digital Charging Solutions GmbH

Domandi preliminari

1)

Provvista lill-utent ta’ vettura elettrika li tikkonsisti fl-iċċarġjar tal-vettura f’punt ta’ ċċarġjar tikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti taħt l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, tali provvista għandha għaldaqstant titqies li hija preżenti fl-istadji kollha ta’ katina ta’ tranżazzjonijiet li tinkludi kumpannija intermedjarja, fejn il-katina ta’ tranżazzjonijiet tkun akkumpanjata minn kuntratt f’kull stadju, iżda l-utent tal-vettura biss għandu d-dritt li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet bħall-kwantità, il-ħin tax-xiri u l-post tal-iċċarġjar, kif ukoll kif l-elettriku għandu jintuża?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.