24.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 128/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-18 ta' Marzu 2008 — Mechel Nemunas UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C-119/08)
(2008/C 128/45)
Lingwa tal-kawża: Il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mechel Nemunas UAB.
Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos.
Domanda preliminari
L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE (1) u/jew l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jżomm fis-seħħ, u jintaxxa t-tnaqqis mid-dħul skond il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja fuq l-iffinanzjar tal-programm tal-manteniment u ta' l-iżvilupp tat-toroq fil-forma tat-taxxa li ġiet deskritta preċedentement f'dan id-digriet?
(1) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ, (ĠU L 71, p. 1301).
(2) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, (ĠU L 145, p. 1).