Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/25


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-18 ta' Marzu 2008 — Mechel Nemunas UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-119/08)

(2008/C 128/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mechel Nemunas UAB.

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos.

Domanda preliminari

L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE (1) u/jew l-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jżomm fis-seħħ, u jintaxxa t-tnaqqis mid-dħul skond il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja fuq l-iffinanzjar tal-programm tal-manteniment u ta' l-iżvilupp tat-toroq fil-forma tat-taxxa li ġiet deskritta preċedentement f'dan id-digriet?


(1)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ, (ĠU L 71, p. 1301).

(2)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, (ĠU L 145, p. 1).