Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-4 ta’ Awwissu 2009 — Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique vs Société Accor

(Kawża C-310/09)

2009/C 233/20

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministre du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Konvenuta: Société Accor

Domandi preliminari

(1)

(a)

L-Artikoli 56 u 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema fiskali, li l-għan tagħha huwa li telimina t-taxxa doppja ekonomika tad-dividendi, li:

(i)

tippermetti lil kumpannija parent li tnaqqas mit-taxxa f’ras il-għajn, li hija suġġetta għaliha waqt it-tqassim mill-ġdid lill-azzjonisti ta’ dividendi mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji tagħha, il-kreditu ta’ taxxa marbut mat-tqassim ta’ dawn id-dividendi fil-każ fejn joriġinaw minn kumpannija sussidjarja stabbilita fi Franza,

(ii)

żda li ma toffrix din il-possibbiltà fil-każ fejn id-dividendi joriġinaw minn kumpannija sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, peress li din is-sistema ma tagħtix id-dritt, f’dan il-każ, għall-għoti ta’ kreditu ta’ taxxa marbut mat-tqassim ta’ dawn id-dividendi minn din il-kumpannija sussidjarja, peress li tali sistema tippreġudika, fiha nfisha u fil-konfront tal-kumpannija parent, il-prinċipji tal-moviment liberu tal-kapital jew tal-liberta’ ta’ stabbiliment?

(b)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, dawn l-artikoli għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu madankollu tali sistema peress li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll is-sitwazzjoni tal-azzjonisti peress li, fid-dawl tal-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn, l-ammont tad-dividendi mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji tagħha u mqassma mill-ġdid minn din il-kumpannija parent lill-azzjonisti tagħha huwa differenti skont fejn jinsabu dawn il-kumpanniji sussidjarji, fi Franza jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, b’mod li din is-sistema tiddiswadi lill-azzjonisti milli jinvestu f’din il-kumpannija parent u, sussegwentement, taffettwa l-ġbir tal-kapital minn din il-kumpannija u tista’ tiddiswadi lil din il-kumpannija milli talloka kapital lil kumpanniji sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri oħra minbarra Franza jew milli toħloq f’dawn l-Istati tali kumpanniji sussidjarji?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għal a) jew għal b) tal-ewwel domanda u peress li l-artikolu 56 u 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu s-sistema fiskali tat-taxxa f’ras il-għajn kif deskritta iktar ’il fuq u li, sussegwentement, l-amministrazzjoni hija, bħala prinċipju, marbuta li tħallas lura s-somom miġbura abbażi tagħha inkwantu dawn tħallsu bi ksur tad-dritt Komunitarju, dan id-dritt, f’sistema bħal din li, fiha nfisha, ma timplikax neċessarjament il-ġbir ta’ taxxa fuq terz mill-persuna taxxabbli, jipprekludi:

(a)

lill-amministrazzjoni milli tkun tista’ tipprojbixxi r-rimbors tas-somom imħallsa mill-kumpannija parent minħabba li dan il-ħlas lura jimplika, fil-konfront ta’ din tal-aħħar, arrikkament indebitu,

(b)

u, fil-każ ta’ risposta negattiva, il-fatt li s-somma mħallsa mill-kumpannija parent ma tikkostitwixxix, għaliha, spiża ta’ kontabbiltà jew fiskali iżda titnaqqas biss mis-somom kollha li jistgħu jiġu mqassma mill-ġdid lill-azzjonijisti tagħha jista’ jiġi invokat sabiex ma jiġix ordnat il-ħlas lura ta’ din is-somma lil kumpannija ?

(3)

Fid-dawl tar-risposta mogħtija lid-domandi msemmija fil-punti 1) u 2), il-prinċipji Komunitarji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività jipprekludu li l-ħlas lura ta’ somom li jista’ jiggarantixxi l-applikazzjoni tal-istess sistema fiskali għad-divideni li jagħtu lok għat-tqassim mill-ġdid mill-kumpannija parent, indipendentement minn jekk dawn id-dividendi joriġinawx minn somom imqassma mill-kumpanniji sussidjarji tagħha stabbiliti fi Franza jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, ikun suġġett għal kundizzjoni, bla ħsara, skont il-każ, għad-dispożizzjonijiet dwar il-bdil ta’ informazzjoni tal-konvenzjoni bilaterali applikabbli bejn Franza u l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-kumpannija sussidjarja, li l-persuna taxxabbli tipproduċi provi, li hija biss għandha u li huma relatati, għal kull dividend inkwistjoni, b’mod partikolari mar-rata ta’ taxxa effettivament applikata u mal-ammont ta’ taxxa effettivament imħallas minħabba l-profitt magħmula mill-kumpanniji sussidjarji tagħha stabbiliti fi Stati Membri tal-Komunità Ewropea minbarra Franza, minkejja li, għal kumpanniji sussidjarji stabbiliti fi Franza, il-provi, magħrufa mill-amministrazzjoni, mhumiex meħtieġa?