Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Grenoble (Franza) fis-6 ta’ Awwissu 2012 — Margaretha Bouanich vs Direction départementale des finances publiques de la Drôme

(Kawża C-375/12)

2012/C 319/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Grenoble

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margaretha Bouanich

Konvenuta: Direction départementale des finances publiques de la Drôme

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 43, 56 u 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (li saru l-Artikoli 49, 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik [li tirriżulta mill-Artikoli 1 u 1649-0 A tal-kodiċi ġenerali tat-taxxa], li abbażi tagħha, meta persuna residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tkun azzjonista f’kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni tirċievi dividendi intaxxati fiż-żewġ Stati u meta t-taxxa doppja tiġi kkumpensata bl-għoti, fl-Istat ta’ residenza, ta’ kreditu ta’ taxxa ekwivalenti għat-taxxa imħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi, il-mekkaniżmu ta’ limitazzjoni tat-taxxi sal-ammont massimu ta’ 60 % jew 50 % tad-dħul riċevut matul sena partikolari ma jiħux kont, jew jieħu biss kont parzjali tat-taxxa mħallsa fl-Istat l-ieħor?

(2)

F’każ ta’ risposta pożittiva, tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata min-neċessità li tinżamm il-koerenza tas-sistema fiskali, jew mit-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ impożizzjoni bejn l-Istati Membri, jew minn kull raġuni imperattiva oħra ta’ interess ġenerali?