Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2014 – J.B.G.T. Miljoen vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-10/14)

2014/C 129/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.B.G.T. Miljoen

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE, il-paragun bejn persuna mhux residenti u persuna residenti f’sitwazzjoni bħal din li fiha taxxa fuq id-dividendi tinġabar mill-Istat tal-oriġini fuq id-distribuzzjoni ta’ dividendi għandu jiġi estiż għat-taxxa fuq id-dħul li tolqot id-dħul minn dividendi li minnhom titnaqqas it-taxxa fuq id-dividendi għar-residenti?

2)

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-fatt li l-oneru fiskali reali fuq persuna mhux residenti huwa ogħla mill-oneru fiskali fuq persuna residenti, jeħtieġ li tiġi pparagunata t-taxxa Olandiża fuq id-dividendi miġbura fuq persuna mhux residenti mat-taxxa Olandiża fuq id-dħul dovut minn persuna residenti stabbilita abbażi ta’ dħul fiss li jista’ jiġi imputat għas-sena ta’ riċeviment tad-dividendi mal-azzjonijiet kollha miżmuma f’kumpanniji Olandiżi, jew id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ element ieħor ta’ paragun?