9.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 81/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Udine (l-Italja) fit-28 ta’ Novembru 2014 – Degano Trasporti S.a.s. di Ferruccio Degano & C. in liquidazione
(Kawża C-546/14)
(2015/C 081/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Udine
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Degano Trasporti S.a.s. di Ferruccio Degano & C. in liquidazione
Domanda preliminari
Il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) TUE u tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), kif diġà ġew interpretati fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-132/06, EU:C:2008:412 u Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-174/07, EU:C:2008:704 u Belvedere Costruzioni, C-500/10, EU:C:2012:186, jipprekludu wkoll li dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali (u, għalhekk, f’dan il-każ, interpretazzjoni tal-Artikoli 162 u 182b tal-liġi Taljana dwar il-falliment) tagħmel ammissibbli proposta ta’ ftehim mal-kredituri li permezz tiegħu d-debitur jipprevedi li jillikwida l-patrimonju tiegħu u li jħallas biss parzjalment id-dejn li għandu mal-Istat fir-rigward tal-VAT, fil-każ li ma jużax l-istrument tat-tranżazzjoni fiskali u li, fid-dawl tal-konstatazzjonijiet ta’ espert indipendenti u wara stħarriġ formali mill-Qorti Ġenerali, ma huwiex prevedibbli li jsir ħlas ikbar ta’ dan id-dejn fil-każ ta’ falliment?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).