23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – Caterpillar Financial Services sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
(Kawża C-500/16)
(2017/C 022/04)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caterpillar Financial Services sp. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
Domanda preliminari
Il-prinċipji ta’ effettività, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ ekwivalenza stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe prinċipju ieħor applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, jipprekludu, fil-qasam tal-VAT, fid-dawl tal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-17 ta’ Jannar 2013, BGŻ Leasing, C-224/11, EU:C:2013:15, dispożizzjonijiet nazzjonali jew prassi nazzjonali li jipprekludu r-rimbors ta’ eċċess ta’ VAT miġbur bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta, minħabba l-aġir tal-awtoritajiet nazzjonali, il-persuna taxxabbli setgħet teżerċita d-drittijiet tagħha biss wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-obbligu fiskali?