Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Lulju 2018 – “GVC Services (Bulgaria)” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-458/18)

(2018/C 341/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“GVC Services (Bulgaria)” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 2(a)(i) tad-Direttiva 2011/96/UE (1) u tal-punt (ab) tal-Parti A tal-Anness I tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li “kumpanniji inkorporati taħt il-liġi tar-Renju Unit” jinkludu l-kumpanniji inkorporati f’Ġibiltà?

2)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 2(a)(iii) tad-Direttiva 2011/96/UE u tal-Parti B tal-Anness I tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li “corporation tax fir-Renju Unit” tinkludi t-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta f’Ġibiltà?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU 2011, L 345, p. 8).