Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)

3 ta' Ottubru 2006 (*)

" "Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Moviment liberu tal-kapitali – Kumpannija stabbilita fi Stat terz – Attività li tkun kollha jew parzjalment diretta lejn it-territorju ta' Stat Membru – Għotja ta' krediti taħt titolu professjonali – Eżiġenza ta' awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat Membru fejn huwa pprovdut is-servizz"

Fil-kawża C-452/04,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja), permezz ta' deċiżjoni tal-11 ta' Ottubru 2004, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-27 ta' Ottubru 2004, fil-proċedura

Fidium Finanz AG

vs

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),

komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, C. W. A. Timmermans, A. Rosas (Relatur) u K. Schiemann, Presidenti ta' Awla, S. von Bahr, J. N. Cunha Rodrigues, R. Silva de Lapuerta, K. Lenaerts, E. Juhász, G. Arestis, A. Borg Barthet u M. Ilešič, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: C. Stix-Hackl,

Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-18 ta' Jannar 2006,

wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

–       Għal Fidium Finanz AG, minn C. Fassbender u A. Eckhard, Rechtsanwälte, kif ukoll minn N. Petersen, Assessor,

–       għall-Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht, minn S. Ihle, S. Deppmeyer u A. Sahavi, bħala aġenti,

–       għall-Gvern Ġermaniż, minn W.-D. Plessing u C. Schulze-Bahr, bħala aġenti,

–       għall-Gvern Elleniku, minn S. Spyropoulos u D. Kalogiros, kif ukoll minn S. Vodina u Z. Chatzipavlou, bħala aġenti,

–       għall-Irlanda, minn D. O’Hagan, bħala aġent, assistit minn M. Collins, SC,

–       għall-Gvern Taljan, minn I. M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato,

–       għall-Gvern Portugiż, minn L. Fernandes, L. Máximo dos Santos u Â. Seiça Neves, bħala aġenti,

–       għall-Gvern Żvediż, minn K. Wistrand, bħala aġent,

–       għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn H. Støvlbæk u T. Scharf, bħala aġenti,

wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-16 ta' Marzu 2006,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1       It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 49 KE, 56 KE u 58 KE.

2       DinDin it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' rikors ippreżentat minn Fisium Finanz AG (iktar 'il quddiem "Fidium Finanz"), kumpannija stabbilita fl-Iżvizzera, kontra deċiżjoni tal-Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (l-Uffiċċju federali ta’ kontroll tas-servizzi finanzjarji, iktar 'il quddiem il-"Bundesanstalt") li fiha l-imsemmija awtorità pprojbixxiet lil Fidium Finanz milli tagħti, taħt titolu professjonali, krediti lil klijenti stabbiliti fil-Ġermanja, minħabba l-fatt li ma kinitx tiddisponi mill-awtorizzazzjoni meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni Ġermaniża.

I –  Il-Kuntest Ġuridiku

A –  Id-dritt Komunitarju

3       L-Artikoli 49 sa 55 KE jirregolaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. L-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 49 KE jipprovdi li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-Komunità għandhom jiġu pprojbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi.

4       L-Artikoli 56 KE sa 60 KE għandhom x'jaqsmu mal-moviment liberu tal-kapital. L-Artikolu 56(1) KE jipprevedi li, fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4, tat-titolu III, tat-Trattat KE, intitolat "Il-Kapital u l-Pagament", huma pprojbiti r-restrizzjonijiet ta' movimenti ta' kapitali bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u Stati terzi.

5       L-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1988, li jimplementa l-Artikolu 67 tat-Trattat (Artikolu mħassar permezz mit-Trattat ta' Amsterdam) (ĠU L 178, p. 5), intitolat "Nomenklatura tal-Movimenti ta' Kapital li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 tad-Direttiva", jippreċiża fl-introduzzjoni tiegħu:

"[…]

Il-movimenti ta' kapital elenkati f'din in-Nomenklatura huma miftehma li jkopru:

–       l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-iskopijiet ta’ movimenti ta’ kapital: konklużjoni u aġir tat-transazzjoni u trasferimenti relatati. It-transazzjoni ġeneralment hija bejn residenti ta’ Stati Membri differenti għalkemm xi movimenti ta’ kapital jitwettqu minn persuna waħda għall-akkont tiegħu stess […]

[…]

–       operazzjonijiet biex jitħallsu krediti jew self

Din in-Nomenklatura mhix lista eżawrijenti għan-nozzjoni ta’ movimenti ta’ kapital - minħabba f’hekk insibu titolu XIII - F. ‘Movimenti ta’ kapital oħra - Mixellanji’. Għalhekk m’għandhiex tkun interpretata li tirrestrinġi l-iskop tal-prinċipju ta’ liberaliżazzjoni sħIħa ta movimenti ta’ kapital kif hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1 tad-Direttiva."

6       L- L-imsemmija nomenklatura fiha tlettax-il kategorija differenti ta' movimenti ta' kapitali. Taħt il-parti VIII, intitolata "Self finanzjarju u krediti", ta’ din l-istess nomenklatura, jidher is-self u l-krediti mogħtija minn non residenti lil residenti.

B –  Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

7       Skond l-Artikolu 1(1) tal-liġi dwar is-settur tal-kreditu (Gesetz über das Kreditwesen), fil-verżjoni tad-9 ta' Settembru 1998 (BGB1, 1998 I, p. 2776, iktar 'il quddiem il-"KWG"), wieħed jifhem bl-"istabbilimenti ta' kreditu" xi "impriżi li jirrealizzaw operazzjonijiet bankarji taħt titolu professjonali jew ta' volum li jeħtieġ l-eżistenza ta' impriża organizzata b'mod kummerċjali", u b'"operazzjonijiet bankarji", fost oħrajn, "l-għotja ta' self ta' flus u ta' krediti ta' aċċettazzjoni (operazzjonijiet ta' kreditu)".

8       L-Artikolu 1(1)(a) ta' din l-istess liġi jiddefinixxi l-kunċett ta' l-"istabbiliment ta' servizzi finanzjarji" bħala "impriżi li jipprovdu lil terzi servizzi finanzjarji taħt titolu professjonali jew ta' volum li jeħtieġ l-eżistenza ta' impriża organizzata b'mod kummerċjali".

9       L-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 32(1) tal-KWG jiddisponi:

"Kull persuna li tixtieq teżerċità attivitajiet bankarji jew tipprovdi servizzi finanzjarji fil-pajjiż taħt titolu professjonali jew ta' volum li jeħtieġ l-eżistenza ta' impriża organizzata b'mod kummerċjali għandha tikseb l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Bundesanstalt; […]"

10     L-ewwel inċiż, punt 6, ta’ l L--Artikolu 33(1) tal-KWG jipprevedi li l-awtorizzazzjoni għandha tiġi miċħuda b'mod partikolari ladarba l-istabbiliment ta' l-amministrazzjoni ġenerali ma jinsabx fil-pajjiż.

11     L-Artikolu 53(1) tal-KWG jiddisponi li jekk impriża stabbilita barra l-pajjiż għandha sussidjarja fil-Ġermanja li teżerċità xi attivitajiet bankarji jew tipprovdi servizzi finanzjarji, is-sussidjarja titqies li hija stabbiliment ta' kreditu jew stabbiliment ta' servizzi finanzjarji.

12     L-Artikolu 53b(1) tal-KWG jipprevedi sistema partikolari li għaliha huma suġġetti l-istabbilimenti ta' kreditu stabbilti fi Stati Membri oħra fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

13     Skond iċ-ċirkulari tal-Bundesanstalt tas-16 ta' Settembru 2003, wieħed jeżerċità attività bankarja jew provvista ta' servizzi finanzjarji "fil-pajjiż" skond l-Artikolu 32 tal-KWG meta "min jipprovdi s-servizzi għandu s-sede jew residenza normali tiegħu barra mill-pajjiż u jindirizza ruħu b'mod immirat lejn is-suq tal-pajjiż sabiex jipproponi ripetutament u taħt titolu professjonali xi transazzjonijiet bankarji jew xi servizzi finanzjarji lil impriżi u/jew persuni li għandhom is-sede tagħhom jew ir-residenza normali tagħhom fil-pajjiż".

II –  Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari

14     Fidium Finanz hija kumpannija Żvizzera li għandha s-sede u l-amministrazzjoni ġenerali tagħha f'Saint-Gall (l-Iżvizzera). Hija tat xi krediti li jammontaw għal 2500 jew ta' 3500 € b'rata effettiva ta' imgħax ta' 13,94% fis-sena, lil klijenti stabbiliti barra mill-pajjiż.

15     Skond indikazzjonijiet mogħtija minn Fidium Finanz, madwar 90% ta' krediti li tagħti huma lejn persuni residenti fil-Ġermanja. Il-krediti in kwistjoni ġew offruti, fl-ewwel stadju, lil residenti Ġermaniżi li għandhom id-domiċilju tagħhom fil-Ġermanja, u li ssodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Sussegwentement, il-grupp immirat kien jikkonsisti f'ħaddiema ddomiċiljati f'dan l-Istat Membru li ssodisfaw l-imsemmija kundizzjonijiet. Għal dawn l-krediti l-ebda informazzjoni ma ġiet mitluba minn qabel mix-Schufa (Ċentru Ġermaniż ta' informazzjoni dwar il-krediti).

16     Il-krediti in kwistjoni huma proposti permezz ta' sit internet amministrat fl-Iżvizzera. F’dan is-sit, il-klijenti jistgħu jniżżlu d-dokumenti neċessarji sabiex jimlewhom u jibagħtuhom b'ittra rreġistrata lil Fidium Finanz. L-imsemmija krediti huma proposti wkoll permezz ta' intermedjarji ta' kreditu li joperaw fil-Ġermanja. Skond il-qorti tar-rinviju, dawn ta' l-aħħar m'huma la rappreżentanti u lanqas mandatarji ta' Fidium Finanz. Huma jikkonkludu kuntratti għal din ta' l-aħħar u jirċievu ħlas għal servizz.

17     Fidium F Fidium Finanz ma tiddisponix mill-awtorizzazzjoni prevista fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 32(1) tal-KWG sabiex teżerċità attivitajiet bankarji u tipprovdi servizzi finanzjarji fil-Ġermanja. Bl-attività tagħha fl-Iżvizzera, hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni Żvizzera dwar il-krediti tal-konsumaturi iżda, skond l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, l-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni skond din il-leġiżlazzjoni ma ġietx applikata fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża prinpċipali, fir-rigward ta' impriżi Żvizzeri li jagħtu krediti barra mill-pajjiż biss.

18     Fid-dawl tal-fatt li Fidium Finanz teżerċita attività bankarja "fil-pajjiż" skond l-Artikolu 32 tal-KWG, kif interpretat miċ-ċirkulari tas-16 ta' Settembru 2003, il-Bundesanstalt esprimiet lil din il-kumpannija l-ħtieġa li tikseb awtorizzazzjoni għall-attività tagħha ta' għotja ta' krediti. Madankollu Fidium Finanz sostniet li l-attività tagħha ma hija suġġetta għal ebda awtorizzazzjoni minn naħa ta' awtorità Ġermaniża, fil-każ fejn hija ma teżerċitax l-attività tagħha "fil-pajjiż" iżda pjuttost "lejn" il-Ġermanja.

19     B'deċiżjoni tat-22 ta' Awwissu 2003, il-Bundesanstalt ipprojbixxiet lil Fidium Finanz, fost oħrajn, milli twettaq, taħt titolu professjonali jew ta' volum li jeħtieġ l-eżistenza ta' impriża organizzata b'mod kummerċjali, xi tranżazzjoni ta' kreditu li jikkonsistu fil-kuntatt immirat ta' klijenti stabbiliti fil-Ġermanja. Peress li din id-deċiżjoni kif ukoll id-deċiżjoni ta' qabel tal-Bundesanstalt ikkonfermat li din tikkonsisti f'restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapitali skond l-Artikolu 56 KE et seq, Fidium Finanz ippreżentat rikors quddiem il-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main.

20     Peress li qieset li s-soluzzjoni tal-kawża mressqa quddiemha teħtieġ l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, il-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main iddeċieda li jissospendi l-proċedimenti u li jressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:

"1)      Impriża stabbilita fi Stat li huwa barra mill-Unjoni Ewropea, f'dan il-każ l-Iżvizzera, tista', fil-kuntest ta' l-attività professjonali tagħha ta' l-għoti ta' krediti lir-residenti ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, f'dan il-każ ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tinvoka fir-rigward ta' dan l-Istat Membru u l-miżuri ta' l-awtoritajiet tiegħu, jew il-qrati, il-moviment liberu tal-kapital previst fl-Artikolu 56 KE, fejn l-akkwist, il-provvista u l-eżekuzzjoni ta' tali servizzi jaqgħu unikament taħt l-Artikoli 49 KE et seq?

2)      Impriża stabbilita fi Stat li huwa barra l-Unjoni Ewropea tista' tinvoka l-moviment liberu tal-kapitali previst mill-Artikolu 56 KE meta hija tagħti xi krediti taħt titolu professjonali, jew prinċipalment lil residenti stabbiliti fl-Unjoni Ewropea li għandhom is-sede tagħhom f'pajjiż fejn l-aċċess għal din l-attività u l-eżerċizzju tagħha mhumiex suġġetti għall-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni minn qabel mingħand awtorità pubblika ta' dan l-Istat u lanqas għall-ħtieġa ta' metodi ta' kontroll ta' l-attivitajiet tiegħu tat-tip normali għall-istabbilimenti ta' kreditu fl-Unjoni Ewropea u li, b'mod partikolari f'dan il-każ, ġewwa r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fejn l-invokazzjoni tal-moviment liberu tal-kapitali jikkostitwixxi f'każ bħal dan abbuż ta' dritt?

Fir-rigward tad-dritt ta' l-Unjoni Ewropea, tali impriża tista' tiġi ttrattata bl-istess mod ta' persuni u impriżi stabbiliti fit-territorju ta' l-Istat Membru in kwistjoni fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni obbligatorja, minkejja li s-sede tagħa mhijiex stabbilita f'dan l-Istat Membru u li m'għandhiex fil-pussess tagħha sussidjarja?

3)      Leġiżlazzjoni li bis-saħħa tagħha l-għotja ta' krediti taħt titolu professjonali minn impriża stabbilita fi Stat li qiegħed barra l-Unjoni Ewropea lil persuni residenti fl-Unjoni Ewropea huwa suġġett għall-ksib ta' awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ta' l-Istat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li fiha l-kommodatarju huwa stabbilit, taffettwa l-moviment liberu tal-kapitali previst fl-Artikolu 56 KE?

Iċ-ċirkustanza li l-għotja mhux awtorizzata ta' krediti taħt titolu professjonali tikkostitwixxi reat jew sempliċiment irregolarità għandha rilevanza f'dan il-każ?

4)      Il-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni minn qabel prevista fit-tielet domanda hija ġġustifikata mill-Artikolu 58(1)(b) KE, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna

–       Il-protezzjoni tal-kommodatarju fil-qasam ta' l-obbligi kuntrattwali u finanzjarji fir-rigward ta' persuna li l-affidabbiltà tagħhom ma ġietx ivverifikata minn qabel,

–       il-protezzjoni ta' dawn il-persuni fir-rigward ta' persuni jew impriżi li ma joperawx b'mod regolari f'dak li jirrigwarda l-kontabbiltà u l-obbligi ta' konsultazzjoni u informazzjoni lill-klijenti li għandhom iwettqu skond il-leġiżlazzjonijiet ġenerali;

–       il-protezzjoni ta' dawn il-persuni minn pubbliċità rraġonevoli jew abbużiva,

–       il-garanzija li l-impriża li tagħti l-krediti tiddisponi minn allokazzjoni finanzjarja suffiċjenti,

–       il-protezzjoni tas-suq tal-kapitali kontra għotja bla kontroll ta' krediti kbar,

–       il-protezzjoni tas-suq tal-kapitali u tas-soċjetà in ġenerali kontra atti kriminali, bħalma huwa b'mod partikolari l-għan tad-dispożizzjonijiet fuq il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew it-terroriżmu?

5)      It-tmexxija ta' eżiġenza ta' awtorizzazzjoni fis-sens tat-tielet domanda, liema eżiġenza kompatibbli mad-dritt Komunitarju, hija koperta mill-Artikolu 58(1)(b) KE, li bis-saħħa tiegħu l-għotja ta' awtorizzazzjoni tippreżupponi obbligatorjament li l-impriża għandha l-amministrazzjoni prinċipali tagħha, jew għall-inqas, sussidjarja fl-Istat Membru kkonċernat b'mod partikolari sabiex,

–       tippermetti li l-proċeduri u t-transazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu kkontrollati b'mod effettiv mill-organi ta' l-Istat Membru kkonċernat, jiġifieri b'mod partikolari fi żmien qasir jew għal għarrieda,

–       tippermetti l-komprensjoni kompleta tal-proċeduri u t-transazzjonijiet permezz tad-dokumenti disponibbli jew li jinżammu disponibbli fl-Istat Membru,

–       ikun hemm aċċess għar-rappreżentanti li huma responsabbli għall-impriża fit-territorju ta' l-Istat Membru,

–       tassigura jew almenu tiffaċilità l-osservanza ta’ l-impenji finanzjarji fir-rigward tal-klijenti ta' l-impriża fl-Istat Membru?"

21     Waqt is-seduta, il-kunsill tal-Fidium Finanz informa lill-Qorti tal-Ġustizzja li, f'Marzu 2005, l-awtoritajiet kompetenti tal-canton ta' Saint-Gall taw awtorizzazzjoni lill-imsemmija kumpannija għall-għotja ta' krediti għall-konsum.

III –  Fuq id-domandi preliminari

 Osservazzjonijiet preliminari

22     Bid-domanda prelimiBid-domanda preliminari tagħha, l-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf jekk l-attività ta' l-għotja ta' krediti taħt titolu professjonali tikkostwixxix provvista ta' servizzi u taqax taħt l-Artikoli 49 KE et seq u/jew jekk tidħolx fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikoli 56 KE et seq, li jirregolaw il-moviment liberu tal-kapitali. Fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet ta' l-aħħar isibu applikazzjoni fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, hija tistaqsi jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet jipprelukux sistema nazzjonali, bħalma hija dik fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal awtorizzazjoni minn qabel l-eżerċizzju ta' l-imsemmija attività, fuq it-territorju nazzjonali, minn kumpannija stabbilita fi Stat terz, u li tipprevedi li tali awtorizzazzjoni tkun trid tiġi miċħuda meta l-imsemmija kumpannija m'għandhiex l-amministrazzjoni ġenerali tagħha jew sussidjarja f'dan it-territorju (iktar 'il quddiem is-"sistema kkontestata") .

23     L-ewwel nett, għandhu jiġi ppreċiżat li s-sistema kkontestata hija applikabbli għall-kumpanniji stabbilti barra ż-Żona Ekonomika Ewropea. Fil-fatt, l-istabbilimenti ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea huma suġġetti, skond l-Artikolu 53b(1) tal-KWG, għal sistema partikolari, li mhijiex is-suġġett tad-domanda preliminari.

24     Hekk kif jirriżulta mill-punti 14 u 15 tas-sentenza preżenti, Fidium Finanz, stabbilita fl-Iżvizzera, tagħti krediti taħt titolu professjonali lil persuni residenti fil-Ġermanja.

25     Kuntrarjament għall-kapitolu tat-Trattat li jirrigwarda l-moviment liberu tal-kapitali, dak li jirregola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma fih ebda dispożizzjoni li jestendi l-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tiegħu lil fornituri ta' servizzi li huma ċittadini ta' Stat terz u li huma stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea. Kif ukoll kkonstatat l-Qorti tal-Ġustizzja fl-opinjoni 1/94 tagħha, tal-15 ta' Novembru 1994 (Ġabra p. I-5267, punt 81), l-għan ta' dan il-kapitolu huwa li jassigura l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għall-benefiċċju taċ-ċittadini ta' l-Istati Membri. Għaldaqstant, l-Artikoli 49 KE et seq ma jistgħux jiġu invokati minn kumpannija stabbilita fi Stat terz.

26     barrBarra minn hekk, fiż-żmien meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU 2002, L 114, p. 6), iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta' Ġunju 1999, li jipprevedi b'mod partikolari li jiffaċilita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fuq it-territorji tal-partijiet kontraenti, kien għadu ma daħalx fis-seħħ.

27     Għalhekk,B’hekk, tqum il-kwistjoni tad-delimitazzjoni tar-relazzjoni bejn, minn naħa, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u, min-naħa l-oħra, dawk dwar il-moviment liberu tal-kapitali.

28     F'dan ir-rigward, jirriżulta mill-kliem ta' l-Artikoli 49 KE u 56 KE kif ukoll mill-post li jokkupaw f’żewġ Kapitoli differenti tat-Titolu III tat-Trattat, li, għalkemm huma marbuta mill-qrib, dawn id-dispożizzjonijiet huma intiżi li jirregolaw sitwazzjonijiet differenti u li t-tnejn għandhom kamp ta' applikazzjoni distint.

29     Din iċ-ċirkustanza hija kkonfermata b'mod partikolari mill-Artikolu 51(2), li jiddistingwi minn naħa, is-servizzi bankarji u ta' assigurazzjoni li huma marbuta mal-moviment tal-kapital u, min-naħa l-oħra, il-moviment liberu tal-kapital, u li jipprevedu li l-liberalizzazzjoni ta' l-imsemmija servizzi għandha sseħħ "b'konformità mal-liberalizzazzjoni taċ-ċirkulazzjoni tal-kapital".

30     Ċertament, ma għandux jiġi eskluż, f'ċerti każijiet speċifiċi fejn dispożizzjoni nazzjonali xi kultant tkun qed tirreferi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u għall-moviment liberu tal-kapital fl-istess ħin, li din tkun tista’ tfixkel l-eżerċizzju simultanju ta' dawn iż-żewġ libertajiet.

31     ġie Ġie sostnut quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li, f'tali kundizzjonijiet u fir-rigward ta' l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 50 KE, id-dispożizzjonijiet relattivi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi huma applikabbli b'mod sussidjarju għal dawk li jirregolaw il-moviment liberu tal-kapitali.

32     Dan l-argument ma jistax jintlaqa'. Jekk huwa vera li tidher, fid-definizzjoni tal-kunċett ta' "servizzi", prevista fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 50 KE, il-preċiżazzjoni li tgħid li dawn huma provvisti li "ma jkunux irregolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapitali u tal-persuni", jibqa' l-fatt li din il-preċiżazzjoni sseħħ fuq livell tad-definizzjoni ta' l-imsemmi kunċett mingħajr ma għaldaqstant tistabilixxi prijorità bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertajiet fundamentali l-oħra. Fil-fatt, il-kunċett ta' "servizzi" jkopri servizzi li mhumiex irregolati mil-libertajiet l-oħra bil-għan li ma jkunx hemm attività ekonomika li taħrab mill-kamp ta' applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali.

33     L-eżistenza ta' tali prijorità lanqas tista' tiġi dedotta mill-Artikolu 51(2) KE. Din id-dispożizzjoni hija applikabbli b'mod partikolari għal-legiżlatur Komunitarju u hija ġġustifikata mir-ritmu potenzjalment differenti tal-liberalizzazzjoni tal-provvista tas-servizzi minn naħa, u tal-moviment tal-kapitali min-naħa l-oħra.

34     Issa, fejn miżura nazzjonali tirrigwarda fl-istess ħin il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital, għandu jiġi eżaminat safejn tali miżura jkollha effett fuq l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, u jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, waħda minnhom tipprevalix fuq l-oħra (ara, b'analoġija, is-sentenzi tal-25 ta' Marzu 2004, Karner, C-71/02, Ġabra p. I-3025, punt 47, u ta' l-14 ta' Ottubru 2004, Omega, C-36/02, Ġabra p. I-9609, punt 27, u s-sentenza tal-Qorti ta’ l-EFTA ta' l-14 ta' Lulju 2000, State Management Debt Agency vs Islandsbanki-FBA, E-1/00, EFTA Court Report 2000-2001, p. 8, punt 32). Il-Qorti tal-Ġustizzja teżamina l-miżura in kwistjoni, bħala prinċipju, fir-rigward ta' waħda biss miż-żewġ libertajiet jekk jirriżulta li, fil-kawża in kwistjoni, waħda hija kompletament sekondarja għall-oħra u tista' tingħaqad magħha (ara b'analoġija, is-sentenzi ta' l-24 ta' Marzu 1994, Schindler, C-275/92, Ġabra p. I-1039, punt 22, tat-22 ta' Jannar 2002, Canal Satélite Digital, C-390/99, Ġabra p. I-607, punt 31, Karner, iċċitata iktar 'il fuq, punt 46, Omega, iċċitata iktar 'il fuq, punt 26, u tas-26 ta' Mejju 2005, Burmanjer et, C-20/03, Ġabra p. I-4133, punt 35).

35     Huwa fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tingħata r-risposta għad-domanda preliminari.

 Fuq l-ewwel domanda

36     bl-e Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li ssir taf jekk kumpannija stabbilita fi Stat Terz tistax fil-kuntest ta' l-attività tagħha ta' għotja ta' krediti taħt titolu professjonali lil residenti ta' Stat Membru, tinvoka l-moviment liberu tal-kapital previst fl-Artikolu 56 KE, jew jekk l-akkwist, il-provvista u l-eżekuzzjoni ta' tali servizzi finanzjarji jaqgħux taħt l-Artikoli 49 KE et seq biss.

37     Il-Il-Bundesanstalt, il-Gvern Ġermaniż, Żvizzeru u Irlandiż, kif ukoll il-Gvern Taljan u Portugiż iqisu li l-attività ta' għotja ta' krediti taħt titolu professjonali tikkostitwixxi provvista ta' servizz skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 50KE, u li l-Artikoli 56 KE et seq ma jsibux applikazzjoni fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Fidium Finanz isostnu li l-attività in kwistjoni taqa' taħt il-moviment liberu tal-kapital u li din il-kumpannija tista' tirrikorri għall-Artikolu 56 KE.

38     Għandu jiġi dderminat, qabel kollox, ma' liema libertà fundamentali hija marbuta l-attività ta' għotja ta' krediti taħt titolu professjonali, bħalma hija dik eżerċitata minn Fisium Finanz.

39     Hija ġurisprudenza Hija ġurisprudenza kostanti li l-attività ta' l-istabbiliment ta' kreditu li tikkonsisti fl-għotja ta' krediti hija servizz fis-sens ta' l-Artikolu 49 KE (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ta’ l-14 ta' Novembru 1995, Svensson u Gustavsson, C-484/93, Ġabra p. I-3955, punt 11 u tad-9 ta' Lulju 1997, Parodi, C-222/95, Ġabra p. I-3899, punt 17). Barra minn hekk, id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000, rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 126, p. 1) hija intiża biex tirregola, taħt l-aspett doppju tal-libertà ta' l-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, b'mod partikolari, l-attività ta' għotja tal-krediti.

40      Jekk huwa veru li Fidium Finanz mhijiex stabbiliment ta' kreditu fis-sens tad-dritt Komunitajru sa fejn l-attività tagħha ma tikkonsistix f’li jirċievi mingħand il-pubbliku depożiti jew fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura, jibqa' l-fatt li l-attività tagħha ta' għotja ta' krediti taħt titolu professjonali tikkostitwixxi provvista ta' servizz.

41     F' F'dak li jirrigwarda l-kunċett ta' "moviment tal-kapital", dan mhuwiex iddefinit mit-Trattat. Hija madankollu ġurisprudenza kostanti li, sa safejn l-Artikolu 56 KE rriproduċa, essenzjalment, il-kontenut ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 88/361 u anki jekk din ġiet adottata fuq il-bażi ta' l-Artikoli 69 u 70 (1) tat-Trattat KEE (l-Artikoli 67 sa 73 tat-Trattat KEE kienu ġew issostitwiti mill-Artikoli 73b sa 73g tat-Trattat KE, li wara saru, l-Artikoli 56 KE sa 60 KE), in-nomenklatura tal-"moviment tal-kapital" annessa magħha għad għandha l-valur indikattiv li kien tagħha biex tiddefinixxi l-kunċett ta' moviment tal-kapitali (ara, f'dan is-sens, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-16 ta' Marzu 1999, Trummer u Mayer, C-222/97, Ġabra p. I-1661, punt 21, tal-5 ta' Marzu 2002, Reisch et, C-515/99, C-519/99 sa C-524/99 u C-526/99 sa C-540/99, Ġabra p. I-2157, punt 30, u tat-23 ta' Frar 2006, Van Hilten-van Heijden, C-513/03, punt 39, Ġabra p. I-1957, punt 39).

42     Is-s Is-self u krediti mogħtija minn persuni mhux residenti lil residenti jidhru taħt il-parti VIII ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/361, intitolat "Self u krediti finanzjarji". Skond in-noti ta' spjegazzjoni ta' l-imsemmi Anness, din il-kategorija tinkludi b'mod partikolari l-krediti għall-konsum.

43     Isegwi li l-attività ta' l-għotja ta' krediti taħt titolu professjonali tikkonċerna, bħala prinċipju, kemm il-libertà li jiġu pprovduti servizzi skond l-Artikoli 49 KE et seq, kemm il-moviment liberu tal-kapital fis-sens ta' l-Artikolu 56 et seq.

44     Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk, u jekk ikun il-każ sa fejn, is-sistema kkontestata għandha effett fuq iż-żewġ libertajiet fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u jekk tistax tkun ta' tfixkil għalihom.

45     Jirriżulta mill-inkartament li s-sistema in kwistjoni toħroġ mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża ta’ kontroll ta' impriżi li jwettqu operazzjonijiet bankarji u jipproponu xi servizzi finanzjarji. Din is-sistema għandha bħala għan li tikkontrolla l-provvista ta' tali servizzi u li tagħti awtorizzazzjoni unikament lil dawk l-impriżi li jiggarantixxu l-eżekuzzjoni regolari ta' dawn l-operazzjonijiet. Ladarba jiġi awtorizzat l-aċċess ta' l-operatur għas-suq nazzjonali, l-akkwist għas-self jingħata u l-kuntratt ta' self jiġi ffirmat, dan il-kuntratt jiġi eżegwit u l-ammont ta' kreditu jiġi materjalment ittrasferit lill-kommodatarju.

46     Is-sistema kkontestata għandha bħala effett li tfixkel l-aċċess għas-suq finanzjarju Ġermaniż għall-operaturi ekonomiċi li m'għandhomx il-kapaċitajiet meħtieġa mill-KWG. Hija ġurisprudenza kostanti li għandhom jitqiesu li huma restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi l-miżuri kollha li jipprojbixxu, jostakolaw jew jirrendu inqas attraenti l-eżerċizzju ta' din il-libertà (ara, b'mod partikolari, is-sentenza tal-15 ta' Jannar 2002, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-439/99, Ġabra p. I-305, punt 22). Jekk l-eżiġenza ta' awtorizzazzjoni tikkonsisti f'restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-ħtieġa ta' stabbiliment stabbli huwa fil-fatt iċ-ċaħda stess ta' din il-libertà. Sabiex tali eżiġenza tiġi ammessa, għandu jiġi stabbilit li hija tikkonsisti f'kundizzjoni indispensabbli sabiex jintlaħaq l-għan imfittex (ara, b'mod partikolari, is-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, Parodi, punt 31, u Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 30).

47     Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-punt 25 tal-kawża preżenti, l-Artikoli 49 KE et seq ma jistgħux jiġu invokati minn kumpannija stabbilita fi Stat terz, bħalma hija Fidium Finanz.

48     F'dak li jirrigwarda l-moviment liberu tal-kapitali fis-sens ta' l-Artikoli 56 KE et seq, huwa possibbli li billi jirrendu inqas aċċessibbli għall-klijenti stabbiliti fil-Ġermanja l-provvista ta' servizzi finanzjarji proposti minn kumpanniji li huma stabbiliti barra miż-Żona Ekonomika Ewropea, is-sistema għandha bħala effett li tirrendi inqas frekwenti l-użu ta' dawn il-klijenti ta' l-imsemmija servizzi u, ukoll, li jnaqqsu l-fluss finanzjarju transkonfinali li jirriżulta minn tali servizzi. Madankollu, din hija biss konsegwenza inevitabbli tar-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi Omega, iċċitata iktar 'il fuq, punt 27, u tat-12 ta' Settembru 2006, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, C-196/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 33. Ara wkoll, b'analoġija, is-sentenza tat-28 ta' Jannar 1992, Bachmann, C-204/90, Ġabra p. I-249, punt 34).

49     Jidher li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-aspett tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jipprevali fuq dak tal-moviment liberu tal-kapital. Fil-fatt, is-sistema kkontestata, li għandha bħala effett li tostakola l-aċċess għas-suq finanzjarju Ġermaniż għall-kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi, taffettwa b'mod rilevanti ħafna l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Peress li l-effetti restrittivi ta' din is-sistema fuq il-moviment liberu tal-kapital huma biss konsegwenza inevitabbli ta' restrizzjoni imposta fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, m'hemmx lok li tiġi eżaminata l-kompattibbiltà ta' din is-sistema ma' l-Artikoli 56 KE et seq.

50     Fi Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li sistema nazzjonali li biha Stat Membru jissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-eżerċizzju ta' l-attività ta' għotja ta' krediti taħt titolu professjonali, fit-territorju tiegħu, minn kumpannija stabbilita fi Stat terz, u li bis-saħħa tagħha din l-awtorizzazzjoni tkun trid tiġi miċħuda b'mod partikolari meta l-imsemmija kumpannija ma jkollhiex l-amministrazzjoni ġenerali tagħha, jew sussidjarja f’dan it-territorju, taffetwa b'mod rilevanti l-eżerċiżżju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skond l-Artikoli 49 KE et seq. Kumpannija stabbilita fi Stat terz ma tistax tinvoka dawn id-dispożizzjonijiet.

51     Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda m'hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi l-oħra magħmula mill-qorti tar-rinviju.

 Fuq l-ispejjeż

52     Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta’ l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja taqta' u tiddeċiedi:

Sistema nazzjonali li biha Stat Membru jissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-eżerċizzju ta' l-attività ta' l-għotja ta' krediti taħt titolu professjonali, fuq it-territorju tiegħu, minn kumpannija stabbilita fi Stat terz, u li bis-saħħa ta' din l-awtorizzazzjoni tkun trid tiġi miċħuda b'mod partikolari meta l-imsemmija kumpannija ma jkollhiex l-amministrazzjoni ġenerali tagħha, jew sussidjarja f’dan it-territorju, taffetwa b'mod rilevanti l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skond l-Artikoli 49 KE et seq. Kumpannija stabbilita fi Stat terz ma tistax tinvoka dawn id-dispożizzjonijiet.

Firem


* Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.