Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/27


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Ispecial Commissioners, London (Ir-Renju Unit) fl-24 ta' Diċembru 2007 — HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-569/07)

(2008/C 64/38)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Special Commissioners, London

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HSBC Holdings plc, Vidacos Nominees Ltd

Konvenuta: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs

Domandi preliminari

L-Artikolu 10 jew l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335 (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1985 (2), jew l-Artikolu 43, l-Artikolu 49 jew l-Artikolu 56 tat-Trattat KE jew xi dispożizzjoni oħra tal-liġi Komunitarja jipprojbixxu l-intaxxar minn Stat Membru (l-“ewwel Stat Membru”) ta' dazju fuq it-trasferiment jew il-ħruġ ta' ishma għal servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) ta' 1,5 % meta:

(i)

kumpannija (“Kumpannija A”) stabbilita fl-Ewwel Stat Membru toffri li takkwista l-ishma rreġistrati u nnegozjati f'kumpannija (“Kumpannija B”) stabbilita fi Stat Membru ieħor (it-“tieni Stat Membru”) bi skambju ta' ishma f'Kumpannija A, li għandhom jinħarġu fuq il-Borża fit-tieni Stat Membru;

(ii)

azzjonisti fil-Kumpannija B għandhom l-għażla li jiriċeivu l-ishma l-ġodda f'Kumpannija A jew:

a.

f'forma ta' ċertifikat; jew

b.

f'forma mhux ta' ċertifikat permezz ta' sistema ta' kumpens fl-ewwel Stat Membru; jew

c.

f'forma mhux ta' ċertifikat permezz ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet fit-tieni Stat Membru (“clearance service”);

(iii)

il-liġi ta' l-ewwel Stat Membru tipprovdi, fil-qosor, illi:

a.

meta jinħarġu l-ishma f'forma ta' ċertifikat (jew f'forma mhux ta' ċertifikat f'sistema ta' kumpens ta' ishma li mhumiex imniżżla f'forma ta' karta fl-ewwel Stat Membru), id-dazju ma jiġix intaxxat fuq il-ħruġ ta' l-ishma iżda fuq kull bejgħ sussegwenti ta' ishma, liema dazju huwa ntaxxat bir-rata ta' 0,5 % fuq il-korrispettiv tat-trasferiment; iżda

b.

meta jsir trasferiment jew ħruġ ta' ishma mhux b'ċertifikat lill-operatur ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”); id-dazju jkun intaxxat (meta l-ishma jinħarġu) bir-rata ta' 1,5 % tal-prezz ta' l-offerta jew (meta l-ishma jkunu trasferiti għal korrispettiv) bir-rata ta' 1,5 % ta' l-ammont jew il-valur tal-korrispettiv jew, (f'kull każ ieħor) bir-rata ta' 1,5 % tal-valur ta' l-ishma u, l-ebda dazju addizzjonali huwa wara dan intaxxat fuq il-bejgħ ta' l-ishma (jew fuq drittijiet għal jew fuq l-ishma) fis-servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“the clearance service”).

c.

l-operatur ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) jista', meta jirċievi l-approvazzjoni ta' l-awtorità tat-taxxa rilevanti, jagħżel li ma jiġi ntaxxat ebda dazju fuq it-trasferiment jew il-ħruġ ta' ishma għas-servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”), iżda d-dazju huwa minflok intaxxat fuq kull bejgħ ta' ishma fi ħdan is-servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”), bir-rata ta' 0,5 % tal-korrispettiv. L-awtorità rilevanti tat-taxxa tista' (u fil-preżent bilfors) tirrikjedi, bħala kundizzjoni għall-approvazzjoni tagħha ta' din l-għażla, li l-operatur ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) li qed jipprova jagħmel din l-għażla irid jagħmel u jżomm arranġamenti (li l-awtorità ta' taxxa tqis sodisfaċenti) għall-ġbir tad-dazju għas-servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) u sabiex tħares jew tassigura t-tħaris tar-regolamenti relatati magħha.

(iv)

l-arranġamenti fis-seħħ fit-tieni Stat Membru jirrikjedu illi l-ishma kollha li nħarġu f'dan l-Istat iridu jinżammu f'forma mhux ta' ċertifikat permezz ta' servizz ta' kumpens ta' tranżazzjonijiet (“clearance service”) wieħed fit-tieni Stat Membru, li l-operatur tagħha ma għamilx l-għażla msemmija aktar 'il fuq?


(1)  Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital ĠU L 249, p. 25.

(2)  ĠU L 156, p. 23.