Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/14


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Krajský Soud v Ústí nad Labem (Ir-Repubblika Ċeka) fl-24 ta' Diċembru 2007 — RLRE Tellmer Property s.r.o. vs Finanční ředitelství v Ústí nad Labem

(Kawża C-572/07)

(2008/C 79/25)

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ústí nad Labem (Ir-Repubblika Ċeka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RLRE Tellmer Property s.r.o.

Konvenuta: Finanční ředitelství v Ústí nad Labem

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 (provvista ta' servizzi) u ta' l-Artikolu 13 (eżenzjonijiet) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-kiri ta' appartament (jekk ikun il-każ, ta' bini għal użu mhux residenzjali) minn naħa, u t-tindif relatat mal-partijiet komuni, min-naħa l-oħra, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala servizzi taxxabbli indipendenti, distinti minn xulxin?

2)

Jekk, kif issostni l-Krajský soud v Ústí nad Labem, ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, din tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva ċċitata iktar 'il fuq, jiġifieri l-punt B(1)(i) teħtieġ, (ii) teskludi l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-ispejjeż tat-tindif tal-partijiet komuni ta' dar residenzjali mikrija jew (3) tħalli f'idejn l-Istati Membri l-kompitu li jiddeċiedi l-applikazzjoni?


(1)  ĠU L 145, p. 1.