Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/16


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-10/08)

(2008/C 79/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Triantafyllou)

Konvenuta: Ir-Repubbika tal-Finlandja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur, u ta' l-Artikolu 102, Nru 1, punt 4 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, li bihom applikat fit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur l-istess valur taxxabbli għall-vetturi bil-mutur ta' inqas minn tliet xhur bħall-vetturi bil-mutur il-ġodda u applikat għall-vetturi bil-mutur ta' inqas minn xahrejn skala ta' valuri li biha l-valur tal-vettura bil-mutur jonqos bi 0,8 % fix-xaħar f'dawk il-każijiet ma tkunx ġiet ikkonstatata l-eżistenza ta' vetturi bil-mutur ta' l-istess tip, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif ukoll, billi tippermetti t-tnaqqis tat-taxxa, imsemmija fl-Artikolu 5 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur mit-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha titħallas fil-bejgħ, mill-obbligi fis-seħħ ta' l-Artikolu 17, Nri 1 u 2 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (1), li, wara emenda tad-Direttiva 77/388/KEE, saru l-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva 206/112/KE (2);

tikkundanna lir-Repubbika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-importatur ta' vettura bil-mutur fil-Finlandja, bħala persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jħallas lill-awtoritajiet tad-dwana, skond l-Artikolu 5 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur, it-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha titħallas mat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur, imma peress li jista', skond l-Artikolu 102, nru 1, punt 4 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, inaqqas l-ammont korrispondenti għall-VAT li għandha titħallas fuq il-bejgħ, il-VAT fuq it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur tibqa' eskluża mill-valur tal-vettura bil-mutur. Il-VAT in kwistjoni li titnaqqas ma taqax fuq il-konsumatur għall-ħlas. Anki individwu, meta jirreġistra għall-ewwel darba vettura bil-mutur fil-Finlandja, ikollu jħallas il-VAT in kwistjoni lill-awtoritajiet tad-dwana, imma ma jistax inaqqasha. Sistema bħal din tikser l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, peress li, billi tagħmel differenza bejn il-bejgħ imwettaq, fil-kuntest ta' attività kummerċjali taxxabbli ta' persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud f'diversi fażijiet, u l-bejgħ imwettaq fi Stati membri oħra mill-konsumaturi finali, timplika li l-VAT residwu in kwistjoni, li taqa' fuq vetturi bil-mutur irreġistrati għall-ewwel darba fil-Finlandja wara l-bejgħ minn individwu fi Stat Membru ieħor, tkun verosimilment ikbar mill-VAT inkorporata fil-valur ta' l-istess vettura bil-mutur użata, li tkun ġà rreġistrata fil-Finlandja, meta l-persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur tkun ukoll il-persuna taxxabbli għall-VAT u l-vettura bil-mutur tinbiegħ fil-kuntest ta' attività kummerċjali taxxabbli, peress li f'dan l-aħħar każ il-VAT ma tinsabx fil-valur tal-vettura bil-mutur għaliex tkun tnaqqset kollha.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, fil-kawża C-101/00, Siilin, li l-VAT in kwistjoni mhijiex taxxa fuq il-valur miżjud fis-sens tas-Sitt Direttiva tal-VAT. Id-dritt, skond il-liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, li tnaqqas it-taxxa in kwistjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għall-finijiet ta' attività kummerċjali taxxabbli jmur kontra s-Sitt Direttiva tal-VAT 77/388/KEE, li tgħid li mit-taxxa fuq il-valur miżjud tista' titnaqqas taxxa fuq il-malur miżjud waħda biss.

Skond il-liġi Finlandiża dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur, il-valur ta' vettura bil-mutur li qed tintuża għal inqas minn tliet xhur ma jonqosx, iżda dan jiġi ntaxxat daqs vetturi bil-mutur ġodda. Il-valur ta' vettura bil-mutur jibda jonqos hekk kif il-vettura bil-mutur tinxtara u tibda tintuża. Il-fatt li vetturi bil-mutur użati ta' inqas minn tliet xhur jiġu ntaxxati skond l-istess valur ta' vetturi bil-mutur ġodda jmur kontra l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Dan l-Artikolu jinkiser ukoll mid-dispożizzjoni tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur li jgħid li l-vetturi bil-mutur użati li għandhom bejn tlieta u sitt xhur tiġi applikata għalihom skala li tgħid li l-valur jonqos bi 0,8 % fix-xahar f'dawk il-każijiet fejn ma jkunx hemm fis-swieq Finlandiżi vetturi bil-mutur ta' l-istess tip, għaliex din l-iskala ta' tnaqqis lineari tal-valur ta' ta' 0,8 % fix-xahar ma tistax tiggarantixxi li l-ammont tat-taxxa miġbura ma taqbeż fl-ebda każ l-ammont tat-taxxa residwa inkorporata fil-valur ta' vettura bil-mutur simili ġà rreġistrata fil-Finlandja.


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).

(2)  ĠU L 347, p. 1.