Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

26.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 107/19


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta' Frar 2008 — Margarete Block vs Finanzamt Kaufbeuren

(Kawża C-67/08)

(2008/C 107/29)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margarete Block

Konvenut: Finanzamt Kaufbeuren

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 73d(1)(a) u (3) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (3) KE) jippermettu t-tnaqqis tat-taxxa ta' suċċessjoni Spanjola mit-taxxa ta' suċċessjoni Ġermaniża anki fil-każ ta' ftuħ ta' suċċessjonijiet fis-sena 1999 fis-sens ta' l-Artikolu 21(1) u l-punt 1 ta' l-Artikolu 21(2) tal-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq is-suċċessjoni u d-donazzjonijiet, meta moqrija flimkien mad-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 121 tal-liġi Ġermaniża dwar l-evalwazzjoni (restrizzjoni materjali)?

2)

L-Artikolu 73b(1) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56(1) KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-drittijiet ta' suċċessjoni li Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jiġbor fuq l-akkwist permezz ta' suċċessjoni ta' krediti ta' kapitali li persuna mejta li kienet l-aħħar residenti fil-Ġermanja, u li l-werriet tagħha huwa wkoll residenti fil-Ġermanja, għandha fil-konfront ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu mnaqqsa mid-drittijiet ta' suċċessjoni Ġermaniżi?

3)

Id-diversi rabtiet fis-sistemi fiskali nazzjonali huma rilevanti sabiex jiġi stabbilit liema mill-Istati kkonċernati għandu jevita l-impożizzjoni doppja u, jekk dan huwa l-każ, ir-rabta mad-domiċilju tal-kreditur hija iktar xierqa mir-rabta mas-sede tad-debitur?