7.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 142/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Pest Megyei Bíróság (ir-Repubblika ta' l-Ungerija) fit-3 ta' Marzu 2008 — CIBA Speciality Chemicals Central and Eastern Europe Szolgáltátó, Tanácsadó és Keresdedelmi Kft. vs Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály
(Kawża C-96/08)
(2008/C 142/18)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Pest Megyei Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CIBA Speciality Chemicals Central and Eastern Europe Szolgáltató, Tanácsadó és Keresdedelmi Kft.
Konvenuta: Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Hatósági Főosztály
Domanda preliminari
Il-prinċipju tal-libertà ta' stabbiliment skond l-Artikoli 43 u 48 KE jista' jiġi interpretat bħala li jipprekludi regola li tipprovdi li kumpannija kummerċjali stabbilita fl-Ungerija għandha tħallas taxxa fuq it-taħriġ vokazzjonali jekk din timpjega ħaddiema ma' kumpannija sussidjarja stabbilita f'pajjiż ieħor u tissodisfa l-obbligi tagħha tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali fir-rigward ta' dawn il-ħaddiema fl-Istat fejn hija stabbilita l-kumpannija sussidjarja?